Il-kaċċa minn dejjem kellha
importanza straordinarja f’Malta. Qabel ma dħalna fl-UE
kienet wieħed mill-ostakoli li kkomplika n-negozjati. Dak iż-żmien il-Gvern
nazzjonalista għamel kull ma seta biexjiżgura bilanċ bejn l-aspirazzjonijiet
tal-kaċċaturi – fil-limiti tal-leġislazzjoni Ewropea – ħarsien ambjentali effettiv.
Minkejja l-isforzi kollha,
l-kontroversji qatt ma naqsu u sena wara l-oħra, kellna nħabbtu wiċċna ma
talbiet insistenti u protesti mill-kaċċaturi u, fl-istess ħin
mill-ambjentalisti. Ir-riżultati spiss iddiżappuntaw kemm lill-BirdLife kif
ukoll lill-kaċċaturi u l-olitika tagħna tellfitna ftit voti mhux ħażin miż-żewġ
kampijiet iżda żammejna sod għalies ikkunsidrajniha bħala l-aħjar triq
għall-pajjiż. L-iktar raġonevoli u ġusta.
Gvernijiet Nazzjonalisti qatt ma
ssagrifikaw prinċipji biex jirbħu l-voti. Mhux hekk il-Partiti laburista li,
b’mod ċiniku u sistematiku ipprova jitħabbeb kemm mal-kaċċaturi kif ukoll
mal-ambjentalisti. Speċi ta’ jispara mal-kaċċaturi filwaqt li jtir
mal-għasafar. Lill-kaċċaturi wegħduhom li Gvern Laburista jemendi r-regolamenti
biex ikun hemm iktar ċans ta’ kaċċa. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ħarsien
tal-Annimali ammetta b’mod skjett li l-gvern qed ifittex loopholes fil-liġijiet sabiex jippermetti iktar kaċċa!
Minħabba l-wegħdiet elettorali li
l-Partit Laburista għamel lill-kaċċaturi, l-Gvern issa qiegħed jifida
l-opinjoni pubblika u, minflok ma jkun prudenti biex ma jkomplix iħarrax
is-sitwazzjoni u jżid it-tensjoni, għadu kemm ippubblika regolamenti ġodda,
mimlijin konċessjonijiet lill-kaċċaturi. Regolamenti li ma jistgħux ma
jitqiesux bħal provokazzjoni lill-ambjentalisti. Huwa mod kif il-Gvern qed juri li, meta niġu
għall-fatti, l-Gvern qiegħed b’ruħu u ġismu fuq in-naħa tal-kaċċaturi.
Fost ir-“riformi” li ġew
introdotti, hemm il-permess li ssir kaċċa fil-Ħdud. Ħafna niex li ma jifhmux
fl-għasafar u fil-ħarsien ambjentali huma kontra l-kaċċa għaliex ittellifhom
meta jkunu qed jirrilassaw u jfittxu ftit mistrież fil-kampanja. Familji li
jagmlu passiġġati jew picnics f’xi waħda mill-lokalitajiet sbieħ tagħna, spiss
isibu ruħhom assedjati mill-kaċaturi, bi sparar kull fejn tisma. madwarhom.
Ġieli kien hemm anki każi fejn waqa’ ċ-ċomb fuq in-nies li kienu għaddejjin.
B’xorti tajba rari jkun hemm min iweġġa’ imma l-esperjenza żgur mhux waħda
pjaċevoli. Kien għalhekk, u mhux biex jogħġob lill-BirdLife jew lill-Unjoin
Ewropea, li l-Gvern Nazzjonalista kien ipprojbixxa l-kaċċa fil-Ħdud, meta jkun
hemm iktar nies fil-kampanja. Issa dan kollu inbidel u qed titħalla l-kaċċa
anki fil-Ħdud u festi. Għal darb’oħra, dan jista jitqies bħala ġest ta’ sfida,
provokazzjoni, din id-darba lejn il-pubbliku Malti in ġenerali.
ll-bidliet li saru saru
bil-metodi li issa drajna minn dan il-Gvern.
Bidliet li jithabru f’daqqa wahda minghajr l-ebda konsultazzjoni jew
informazzjoni. Jekk il-Gvern jahseb li
qed jaghmel xi pjacir lill-kaccaturi, allura huwa zbaljat. Provokazzjoni bhal
din se tghin biss biex ssahhah l-opinjoni pubblika kontra l-kacca u meta jigi
r-referendum din id-decizzjoni zbaljata se jkollha effett fl-ghazla li se
jaghmel il-pubbliku.
3 comments:
Fix-xitwa ssir kacca fil-hdud u festi pubblici, mintix espert fuq dan il-qasam ghax meta kont ministru int gerfixt u fixkilt kull ma stajt fuq il-kacca. Issa ghoqod gallarija.
Fix-xitwa ssir kacca fil-hdud u festi pubblici, mintix espert fuq dan il-qasam ghax meta kont ministru int gerfixt u fixkilt kull ma stajt fuq il-kacca. Issa ghoqod gallarija.
Nixtieq nirrakkomanda wieħed mill-aktar spiritwalisti rispettati ta’ żmienna. Huwa raġel li għen lil ħafna nies fil-belt waqt sitwazzjonijiet diffiċli.
Xi nies saħansitra jsejħulu “mini god” minħabba l-abbiltajiet spiritwali qawwija tiegħu u l-mod kif jgħin lil dawk li jiġu għandu għall-gwida.
Tista’ tibgħatlu messaġġ fuq WhatsApp: +2349046229159
Email wightmagicmaster@gmail.com
Jekk jogħġbok tkellem miegħu b’edukazzjoni u spjega s-sitwazzjoni tiegħek b’mod ċar, u hu jagħmel l-almu tiegħu biex jgħinek.
Huwa joffri gwida u appoġġ spiritwali għal sitwazzjonijiet differenti, inklużi:
• Kwistjonijiet ta’ mħabba u relazzjonijiet, inkluż għajnuna biex terġa’ tikkonnettja ma’ eks.
• Ir-restawr ta’ żwiġijiet u relazzjonijiet imħarbta.
• Talb u ritwali spiritwali għall-protezzjoni u l-avvanz.
• Rimedji erbali għall-fejqan tal-HIV, il-kanċer, l-herpes.
• Talb għall-fertilità u appoġġ spiritwali għal koppji li jixtiequ jikkonċepixxu fi ftit ġimgħat.
• Abbiltà ta’ telekineżi. Abbiltà li jibdlu l-forma.
• Ritwali u talb għal ġid immedjat.
• Għajnuna spiritwali f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal każijiet fil-qorti, irkupru ta' proprjetà mitlufa, u sfidi oħra tal-ħajja.
Ħafna nies irċevew għajnuna u gwida permezz tax-xogħol spiritwali tiegħu.
Post a Comment