F’dawn il-ġranet iltaqghu f’Malta mal-120 repreżentant minn pajjiżi li
huma gżejjer bħalna biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fuq l-enerġija rinnovabli.
Dan is-summit ‘Renewables and Islands Global Summit’ jaf it-twelid tiegħu fil-Konferenza dwar it-Tibdil
fil-Klima li saret f'Durban fl-Afrika t’Isfel f’Dicembru li għadda. Dakinhar kont iltqajt ma' Dr.Adnan Amin, id-Direttur Generali
tal-IRENA, li hi l-aġenzija nternazzjonali għall-energija
rinnovabbli, u appellajtlu biex tigi organizzata laqgħa li tagħti l-opportunita’
lill-mexxejja ta’ diversi gżejjer jaqsmu l-esperjenzi posittivi u dawk
negattiva fil-mixja tagħhom lejn aktar enerġija nadifa. Għamilt dan għax mill-esperjenza tagħna,
gżejjer żgħar għandhom bosta diffikultajiet li ħafna minnhom huma marbuta
mal-limitazzjonijiet tal-art disponibbli għalihom, l-economies of scale tagħhom u anke problemi oħra ta' sigurta
tal-enerġija, li gżejjer bħalna tant ibgħatu minnhom għal raġunijiet ovvji. Sep 7, 2012
IRENA - Lil hemm miż-żejt
F’dawn il-ġranet iltaqghu f’Malta mal-120 repreżentant minn pajjiżi li
huma gżejjer bħalna biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fuq l-enerġija rinnovabli.
Dan is-summit ‘Renewables and Islands Global Summit’ jaf it-twelid tiegħu fil-Konferenza dwar it-Tibdil
fil-Klima li saret f'Durban fl-Afrika t’Isfel f’Dicembru li għadda. Dakinhar kont iltqajt ma' Dr.Adnan Amin, id-Direttur Generali
tal-IRENA, li hi l-aġenzija nternazzjonali għall-energija
rinnovabbli, u appellajtlu biex tigi organizzata laqgħa li tagħti l-opportunita’
lill-mexxejja ta’ diversi gżejjer jaqsmu l-esperjenzi posittivi u dawk
negattiva fil-mixja tagħhom lejn aktar enerġija nadifa. Għamilt dan għax mill-esperjenza tagħna,
gżejjer żgħar għandhom bosta diffikultajiet li ħafna minnhom huma marbuta
mal-limitazzjonijiet tal-art disponibbli għalihom, l-economies of scale tagħhom u anke problemi oħra ta' sigurta
tal-enerġija, li gżejjer bħalna tant ibgħatu minnhom għal raġunijiet ovvji. Apr 6, 2011
Ghal standards aktar gholja
Qed nikteb din in-nota waqt li qed nattendi l-ewwel Assemblea Generali ital-IRENA, International Renewable Energy Agency, gewwa Abu Dhabi fl-Emirati Gharab Uniti, fejn se jkun stabbilit anke s-Segretarjat Permanenti ta’ din l-agenzija internazzjonali. F'din il-laqgha gie maghzul ukoll id-Direttur Generali, il-Kenjan Adnan Amin. Il-bierah filghodu kellna laqgha nformali tal-Ministri biex niddiskutu l-prioritajiet li ghandha tindirizza din l-agenzija nternazzjonali f’dinja fejn kwazi kwart tal-popolazzjoni fid-dinja lanqas ghanda access ghall-elettriku u fejn ir-rizorsi mhumiex ilahhqu mat-talba tal-konsum tal-energija u ghalhekk l-prezz taz-zejt qed ikompli joghla b’mod allarmanti. Fost il-punti diskussi kien hemm il-htiega li IRENA tistabbilixxi standards mhux biss ghall-apparat teknologiku imma anke ghall-installazzjoni ta’ dawn it-teknologiji. Dan il-punt fakkarni fil-hidma taghna f’pajjizna.L-effettivita’ jew l-efficjenza ta’ apparat li jiġġenera enerġija nadifa tiddependi ħafna fuq installazzjoni korretta. Ħafna jinsew li x-xiri ta’ apparat bħal dan jinvolvi katina ta’ prattiċi korretti li jinkludi wkoll l-installazzjoni. Ħadt gost għalhekk ninnota li l-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli tal-Universita` ta`
Il-korsijiet huma approvati mill-Awtorita` ta’ Malta għar-Riżorsi (MRA). Il-kandidati li se jtemmu dawn il-korsijiet b’suċċess se jkunu jistgħu japplikaw għal ċertifikazzjoni ta’ installaturi mill-MRA. Din is-sistema ġdida ta’ ċertifikazzjoni se tkun konformi mar-regolamenti tad-Direttiva tal-Enerġija Sostenibbli tal-Unjoni Ewropea, li tisħaq li l-Istati Membri kollha għandu jkollhom skema taċ-ċertifikazzjoni tal-installaturi jew skemi ekwivalenti ta’ ċertifikazzjoni għas-sistemi tal-enerġija sostenibbli sa’ Diċembru 2012.
Għan ieħor prinċipali ta’ dawn il-korsijiet huwa li jipprovdi informazzjoni essenzjali għad-disinjaturi, bennejja u inġiniera, sabiex ikunu jistgħu jippjanaw bil-quddiem għall-installazzjoni ta’ sistemi solari f’binjiet ġodda jew dawk li jkunu qed jigu rinnovati. Napprezza li l-Universtia’ tifhem dan ir-rwol importanti li hi trid taqdi u nawgura li dawn il-korsijiet ikollhom is-suċċess mixtieq.