F’dawn il-ġranet iltaqghu f’Malta mal-120 repreżentant minn pajjiżi li
huma gżejjer bħalna biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fuq l-enerġija rinnovabli.
Dan is-summit ‘Renewables and Islands Global Summit’ jaf it-twelid tiegħu fil-Konferenza dwar it-Tibdil
fil-Klima li saret f'Durban fl-Afrika t’Isfel f’Dicembru li għadda. Dakinhar kont iltqajt ma' Dr.Adnan Amin, id-Direttur Generali
tal-IRENA, li hi l-aġenzija nternazzjonali għall-energija
rinnovabbli, u appellajtlu biex tigi organizzata laqgħa li tagħti l-opportunita’
lill-mexxejja ta’ diversi gżejjer jaqsmu l-esperjenzi posittivi u dawk
negattiva fil-mixja tagħhom lejn aktar enerġija nadifa. Għamilt dan għax mill-esperjenza tagħna,
gżejjer żgħar għandhom bosta diffikultajiet li ħafna minnhom huma marbuta
mal-limitazzjonijiet tal-art disponibbli għalihom, l-economies of scale tagħhom u anke problemi oħra ta' sigurta
tal-enerġija, li gżejjer bħalna tant ibgħatu minnhom għal raġunijiet ovvji.
Wara ftit li ltqajt miegħu, id-Direttur Ġenerali kkuntatjani biex laqgħa
bħal din issir proprju f’Malta.
Ovvjament apprezzajt ħafna din il-proposta, aktar u aktar meta wieħed
iqis li Malta saret membru tal-IRENA fl-2009.
Għal dan is-summit attendew ministri minn madwar 14-il pajjiż, nies teknici ta’ kumpaniji fil-qasam
tal-enerġija kif ukoll rappreżentanti ta’ investituri mid-dinja kollha. Kellna magħna wkoll rapreżentanti mill-World
Bank u l-Agenzija Internazzjonali tal-Energija.
Dan is-summit tana l-opportunita’ nipreżentaw dak li għamilna sa
llum kif ukoll niddiskutu l-pjanijiet tagħna għas-snin li ġejjin kemm biex
niġġeneraw enerġija nadifa mix-xemx, mir-riħ u mill-iskart, li huma t-tlett
sorsi li għandna għad-disposizzjoni tagħna sa llum. Proprju
din il-ġimgħa kelli l-opportunita’ nagħti l-letter of intent lill-konsorzju li se jinstalla
pannelli fotovoltaici fuq area ta’ madwar 70,000 metru kwadru (il-qies ta’
madwar 9 pitches tal-football) ta’ bjut ta' binjiet tal-gvern. Dan
l-investiment ta’ madwar 20 Miljun Euro se jsir wara li 15-il kumpaniji kienu
wrew interess wara sejħa pubblika (expression of interest) u wara process ta’
tender għal tlett kumpaniji li ġew shortlisted.
Kellna l-opportunita’ wkoll naqsmu magħhom anke d-diffikultajiet tagħna u
naraw jekk huma għandhomx problemi simili u kif qed jafrontaw dawn
id-diffikultajiet. Waħda mid-diffikultajiet li għandna aħna biex niġġeneraw
enerġija mir-riħ ġejja mill-fatt li l-ibħra madwar Malta huma fondi ħafna,
bl-eccezzjoni ta’ sikka waħda, u allura mhux daqstant facli teknikament u
ekonomikament tinstalla windfarms madwar il-gżejjer tagħna. U s-sikka li għandna hija waħda sensittivi
għax jingħad li l-irdieden jistgħu jaffetwaw għasfur partikolari li jbejjet
f’irdum faccata ta’ din is-sikka.
Għaldaqstant qed nintalbu neżaminaw aktar dawn l-impatti. Studji bħal dawn iridu ż-żmien, u ż-żmien
mhuwiex favur tagħna għax għandna miri li rridu nilhqu sal-2020.
No comments:
Post a Comment