Showing posts with label emissjonijiet. Show all posts
Showing posts with label emissjonijiet. Show all posts

Feb 21, 2014

Infaqgħet Bużżieqa Oħra


Meta l-Opposizzjoni u għaqdiet ambjentali jsemmu l-perikli marbuta mal-ħażna kbira tal-gass fuq vapur mostruż sorġut fil-bajja ta’ Marsaxlokk, il-gvern jipprova ixejjen dawn it-twissijiet u jakkuża lilna li qegħdin inxerrdu xniegħat foloz jew eżaġerati biex noħolqu l-biżgħa b’mod artifiċjali u nallarmaw lill-poplu.  Dak li qed ngħidu, però, huwa kollu bbażat fuq rapporti tekniċi u opinjonijiet meqjusa anke ta’ espert rikonoxxut mad-dinja kollha.

Fil-fatt, meta l-gvern jakkuża lill-Opposizzjoni li qed toħloq il-biżgħa għalxejn (scare-mongering), qiegħed fil-fatt jitfa’ fuqna dak li dejjem għamel huwa stess. Iktar riċenti, matul l-aħħar kampanja elettorali, erġajna kellna lil Joseph Muscat ixerred tagħrif falz dwar il-power station tal-BWSC bl-iskop li jallarma l-popolazzjoni ta’ Marsaxlokk u n-naħa t’isfel ta’ Malta. Sfruttament mill-iktar ċiniku u bla skrupli ta’ niex morda bil-kanċer; nies li ġew ‘esibiti’ fil-pubbliku biex sar teatrin bihom. Teatrin krudili maħsub u mtella’ mill-partit laburista biex imexxu l-islogan qarrieq tal-fabbrika tal-kanċer. Muscat daħħal f’ras in-nies li l-power station il-ġdida u l-użu tal-Heavy Fuel Oil kien kien il-kaġun li nies fin-naħa t’isfel tal-pajjiż kienu qed jimirdu bil-kanċer.

Niftakru meta s-Sur Leo Brincat kien ġie fuq programm televiżiv bi flixkun mimli Heavy Fuel Oil. Bħallikieku kien dan l-HFO li kien ħiereġ miċ-ċumnija tal-power station ta’ Delimara. Mela jekk ma kienx ‘scare-mongering’ dak, x’kien? 

Imma, kif jgħid il-Malti, il-giddieb għomru qasir  u eventwalment jinqabad. Hekk ġralu Joseph Muscat. Dan l-aħħar kellna rapport tekniku minn esperti Ingliżi indipendenti li jxejjen għal kollox dak li kien jgħid Muscat u juri kif l-istorja tal-fabbrika tal-kanċer kienet kollha invenzjoni li ħoloq hu biex jakkwista l-voti.

Esperti mill-University of West England ġew imqabbda mill-MEPA jagħmlu studju tal-emissjonijiet fiz-zona ta’ marsaxlokk u Birżebbuġa. L-istudji jinkludu informazzjoni dwar l-emissjonijiet kollha li kien hemm bejn l-2009 u l-2013.  Minnhom ħareġ li l-fatt li l-użu tal-Heavy Fuel Oil ma għamel assolutament ebda differenza fit-tip u l-ammont ta’ emissjonijiet! Ħareġ ukoll li matul il-perjodu li ġie studjat l-emissjonijiet dejjem kienu taħt il-livelli minimi stabbilit mill-Unjoni Ewropea. Jiġifieri, fi kliem ieħor, il-power station tal-BWSC qatt ma għamlet ħsara lis-saħħa tal-popolazzjoni tal-inħawi.

U biex tagħqad, il-gvern issa qed jirrifjuta li jammetti li kellu “żball” (għax mhux se nippretendu li jammetti li kien qed jigdeb apposta) u l-Prim Ministru għadu jwebbes rasu u  jmeri saħansitra r-rapport, riżultat ta’ snin ta’ riċerka xjentifika serja u indipendenti.  Għax Muscat jippretendi li hu infallibbli u anki meta jkun ċar li żbalja, jibqa jgħid li għandu raġun hu.  L-istess Leo Brincat, li ma kkummenta xejn fuq dan ir-rapport. Mhux ghax mill-elezzjoni ‘l hawn tkellem hafna.  Definittivament wiehed mill-aktar Ministri ineffettivi u inezistenti !

Oct 14, 2009

Nefqa favur l-ambjent

Nisimgħu spiss dwar emissjonijiet, tniġġiż, miri li għandu pajjiżna u affarijiet relatati. Sfortunatament, ħafna drabi nispiċċaw ma nirrealizzawx biżejjed il-piż finanzjarju li jkollu jinġarr biex jiġu indirizzati dawn l-issues daqstant importanti.

Smajna kif il-Korporazzjoni Enemalta se tniehdi modifiki għall-boilers tal-power station li mistennija jiswew mal-€20 miljun. Dawn il-modifiki, li mistennija jitlestew sal-2011, huma neċessarji biex jonqsu l-emissjonijiet, specjalment ta' nitrogen oxides, minn dawn il-boilers. L-Enemalta ħabbret ukoll li qed tlesti applikazzjoni għal fondi Ewropej biex tkopri din in-nefqa.

Ta’ min jgħid li l-Gvern diġa kien ħa passi biex jindirizza l-problema tal-emissjonijiet, fosthom bl-introduzzjoni tal-użu ta’ żejt b’livelli ta’ kubrit baxxi (low sulphur content). Dan it-tip ta’ żejt żied in-nefqa għall-Gvern konsiderevolment, xejn anqas minn €7 miljun fis-sena bhala average, pero dan kien neċessarju biex niżguraw li l-impjanti tagħna qed jikkonformaw ma’ dak li hu mitlub minnhom.

Għal ħafna, l-ambjent jista’ jfisser biss xi ħaġa astratta. Effettivament, l-ambjent jinħtieġ investiment kbir kif jixhdu dawn iċ-ċifri. Il-Gvern huwa impenjat li jkollu faċilitajiet konformi mad-Direttivi Ewropej, pero kulħadd irid japprezza li hemm piż finanzjarju x’jinġarr.