Showing posts with label BWSC. Show all posts
Showing posts with label BWSC. Show all posts

Feb 21, 2014

Infaqgħet Bużżieqa Oħra


Meta l-Opposizzjoni u għaqdiet ambjentali jsemmu l-perikli marbuta mal-ħażna kbira tal-gass fuq vapur mostruż sorġut fil-bajja ta’ Marsaxlokk, il-gvern jipprova ixejjen dawn it-twissijiet u jakkuża lilna li qegħdin inxerrdu xniegħat foloz jew eżaġerati biex noħolqu l-biżgħa b’mod artifiċjali u nallarmaw lill-poplu.  Dak li qed ngħidu, però, huwa kollu bbażat fuq rapporti tekniċi u opinjonijiet meqjusa anke ta’ espert rikonoxxut mad-dinja kollha.

Fil-fatt, meta l-gvern jakkuża lill-Opposizzjoni li qed toħloq il-biżgħa għalxejn (scare-mongering), qiegħed fil-fatt jitfa’ fuqna dak li dejjem għamel huwa stess. Iktar riċenti, matul l-aħħar kampanja elettorali, erġajna kellna lil Joseph Muscat ixerred tagħrif falz dwar il-power station tal-BWSC bl-iskop li jallarma l-popolazzjoni ta’ Marsaxlokk u n-naħa t’isfel ta’ Malta. Sfruttament mill-iktar ċiniku u bla skrupli ta’ niex morda bil-kanċer; nies li ġew ‘esibiti’ fil-pubbliku biex sar teatrin bihom. Teatrin krudili maħsub u mtella’ mill-partit laburista biex imexxu l-islogan qarrieq tal-fabbrika tal-kanċer. Muscat daħħal f’ras in-nies li l-power station il-ġdida u l-użu tal-Heavy Fuel Oil kien kien il-kaġun li nies fin-naħa t’isfel tal-pajjiż kienu qed jimirdu bil-kanċer.

Niftakru meta s-Sur Leo Brincat kien ġie fuq programm televiżiv bi flixkun mimli Heavy Fuel Oil. Bħallikieku kien dan l-HFO li kien ħiereġ miċ-ċumnija tal-power station ta’ Delimara. Mela jekk ma kienx ‘scare-mongering’ dak, x’kien? 

Imma, kif jgħid il-Malti, il-giddieb għomru qasir  u eventwalment jinqabad. Hekk ġralu Joseph Muscat. Dan l-aħħar kellna rapport tekniku minn esperti Ingliżi indipendenti li jxejjen għal kollox dak li kien jgħid Muscat u juri kif l-istorja tal-fabbrika tal-kanċer kienet kollha invenzjoni li ħoloq hu biex jakkwista l-voti.

Esperti mill-University of West England ġew imqabbda mill-MEPA jagħmlu studju tal-emissjonijiet fiz-zona ta’ marsaxlokk u Birżebbuġa. L-istudji jinkludu informazzjoni dwar l-emissjonijiet kollha li kien hemm bejn l-2009 u l-2013.  Minnhom ħareġ li l-fatt li l-użu tal-Heavy Fuel Oil ma għamel assolutament ebda differenza fit-tip u l-ammont ta’ emissjonijiet! Ħareġ ukoll li matul il-perjodu li ġie studjat l-emissjonijiet dejjem kienu taħt il-livelli minimi stabbilit mill-Unjoni Ewropea. Jiġifieri, fi kliem ieħor, il-power station tal-BWSC qatt ma għamlet ħsara lis-saħħa tal-popolazzjoni tal-inħawi.

U biex tagħqad, il-gvern issa qed jirrifjuta li jammetti li kellu “żball” (għax mhux se nippretendu li jammetti li kien qed jigdeb apposta) u l-Prim Ministru għadu jwebbes rasu u  jmeri saħansitra r-rapport, riżultat ta’ snin ta’ riċerka xjentifika serja u indipendenti.  Għax Muscat jippretendi li hu infallibbli u anki meta jkun ċar li żbalja, jibqa jgħid li għandu raġun hu.  L-istess Leo Brincat, li ma kkummenta xejn fuq dan ir-rapport. Mhux ghax mill-elezzjoni ‘l hawn tkellem hafna.  Definittivament wiehed mill-aktar Ministri ineffettivi u inezistenti !

Nov 16, 2013

Hadlek aktar milli tak

Ftit tal-granet ilu l-Gvern ta’ Muscat ippreżenta budget li mal-ewwel daqqa t’għajn jidher pożittiv.  Qalilna li se jrahhas il-kontijiet tad-dawl b’25% u l-Ministru Konrad Mizzi sahansitra qalilna li eluf ta’ familji se jifrankaw anke 35%.  Jien hdimt ftit somom fuq persuna wahda li tghix wahedha, fuq familja ta’ 2 minn nies ecc skond l-annual average consumption ta’ pajjizna.  U f’kull kaz meta tara l-kont kemm kien jigik u kemm se jibda jkun f’sena, ssib li t-tnaqqis se jkun ta’ 20%.  Dan anke meta tghodd l-EcoReduction fis-somma.
 
Meta tiehu l-konsum ta’ persuna li tghix wahedha skond l-average annual consumption se tispicca tifranka €80 f’sena, preciz daqs kemm taqla f’siegha l-mara tal-Ministru Konrad Mizzi mill-kuntratt ta’ konsulenza li hadet mill-Gvern tar-ragel taghha u qed idaħħal €13,000 fix-xahar !  Familja ta’ tnejn minn nies se tifranka madwar €101 f’sena. Jekk persuna mit-tnejn tpejjep imqar pakkett sigaretti kuljum, dan il-Gvern se jkun hadlu aktar f’taxxa biz-zidiet tas-sisa.  Ziedu t-taxxa fuq sigaretti b’30c fuq kull pakkett.  Mela dik il-persuna se tkun tat aktar lill-Gvern f’taxxi €109 f’sena, €8 aktar mit-tnaqqis fil-kont tad-dawl !  
 
Imbaghad qalu li l-familji se jifrankaw bejniethom €25 Miljun.  Ma qalulhomx imma li ziedulhom €72 Miljun f’taxxi godda f’sena. Meta wieħed jifli d-dettall tal-budget nifhmu li l-Prim Ministru minn id qed jagħtik miżuri pożittivi bħat-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u minn oħra qed jeħodlok aktar flus f’taxxi. U dan meta qabel l-elezzjoni tghidx kemm wieghed li mhux se jżid il-piż tat-taxxi. 
 
Fid-diskorsi taghna qed nuru bil-fatti li l-budget li pprezentawlna hu budget ta’ illużjoni u mhux budgat ta’ vizjoni kif konna nistennew li jkun fl-ewwel budget ta’ Gvern li tela’ b’maggoranza kbira ghax qal li ghandu roadmap cara.  Fil-budget rajna car li ma hemmx roadmap imma bdew biss il-process ghal ghexieren ta’ white papers u anke green papers ghax m’hemmx ideat. L-uniku idea gdida hija biss li tbiegh ic-cittadinanza bl-irhis lil nies li jibqghu mistura. 
 
Id-deċiżjoni tal-Gvern li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma hija pożittiva fis-sens li se tkun ta’ appoġġ lill-familji. Fl-istess waqt, id-deċiżjoni tal-Gvern li jżid it-taxxa fuq il-fuel wara biss gimghat li gie fil-Parlament jghid li rahhsu ghall-familji u l-industrija.  Imbaghad jigi ftit granet wara jghidilna li se jghollih ghal fejn kien ghax se jdied it-taxxa fuqu !  Allura minn mar tajjeb ? Zgur mhux il-konsumatur ghax se jibqa jhallas il-prezz li kien ihallas.  Mar tajjeb il-Gvern ghax se jkun gabar aktar taxxa inkluz minn fuq l-Enemalta, dik il-Korporazzjoni li jghidilna li hi falluta.  
 
Huwa ċar li minkejja l-attakki kollha li għamel, il-Prim Ministru Muscat sab is-sodda mifruxa fil-qasam tal-enerġija: l-estensjoni tal-power station poġġiet lill-Enemalta f’sitwazzjoni li se jsir it-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Qed jifrankaw €1 Miljun kull gimgha ghax l-impjant tal-BWSC hija ferm aktar efficjenti.  Sa Marzu se jkunu ffrankaw €64 Miljun. Imma sadanittant qed jghidu li lill-familji se jifrankawlhom biss €25.  Il-budget jonqos ukoll milli jinċentiva l-użu tal-enerġija alternattiva u effiċjenti. L-iskema tal-pannelli fotovoltajiċi għall-industrija ngħalqet u ma jidhirx li se terġa tinfetaħ.  X’se jsir mill-fondi tal-Unjoni Ewropea li kienu allokati għal din l-iskema  ?

 

Sep 6, 2013

Birkuha issa l-“fabrika tal-kancer”

Il-Gvern il-bierah talab lill-MEPA tawtorizzah ikompli juza l-MEPA Heavy Fuel Oil (HFO) fil-power station tal-BWSC sa Marzu 2014.  Il-MEPA kif kien mistenni tat l-approvazzjoni taghha minghajr problemi, hlief ghall-opposizzjoni tal-membru tal-Opposizzjoni fuq l-istess Bord tal-MEPA, Ryan Callus.  Jien u Ryan Callus sostnejna f’isem l-Opposizzjoni li l-Gvern ghandu jonora l-weghda solenni li kien ghamel qabel l-elezzjoni. Tajjeb wiehed ifakkar li Joseph Muscat f’Dicembru 2011, kien qal li jekk il-Labour ikun fil-Gvern, immedjatament jieqaf juza l-Heavy Fuel Oil u jibda juza d-diesel.   Joseph Muscat u shabu ghamlu xhur shah qabel l-ahhar elezzjoni jghidu li din il-power station hija “fabrika tal-kancer” minhabba l-uzu tal-HFO.  Ta’ min ifakkar ukoll li l-BWSC power-station tista tuza kemm bil-Heavy Fuel Oil kif ukoll bid-Diesel. Issa dan kollu nsewh u huma marru kontra l-weghda taghhom stess. 
 
Ta’ min ifakkar li meta l-MEPA harget l-IPPC permit f’Dicembru 2012, il-permess necessarju sabiex jkun jista’ jopera l-impjant, din kienet stipulat li l-HFO ikun jista jintuza biss sal-ahhar ta’ Gunju 2013 u sa dakinhar iridu jkunu prezentati rizultati ta’ moniteragg tal-arja.  Sa llum minn data pubblika mill-website tal-istess Enemalta jidher car li l-emisjonijiet mill-stacks ta’ din l-estensjoni fil-maggorparti l-kbira kienu dejjem taht il-limitu stabbilit mill-istess MEPA.   Din hija pprova li l-Partit Laburista kien zbaljat meta kien ikkundanna dn l-impjant qabel dan beda biss jopera !  
 
Il-fatt li ma zammx kliemu juri bic-car  jew 1) li dak li kien qed jghid kien zbaljat u qarrieq, kif kien jghidlu l-Gvern Nazzjonalista, inkella 2) li Joseph Muscat huwa rresponsabli li jestendi l-uzu tal-HFO u b’hekk allegatament “ipoggi fil-periklu s-sahha tal-poplu” biex ma jghollix l-ispiza tal-operazzjoni tal-power station. Huwa car li Joseph Muscat u shabu mmuntaw kampanja ta’ qerq biex ibezzghu lill-poplu u issa qed jinsew il-weghdi li ghamlu b’tant solennita’ lill-poplu Malti.  
 
Din id-decizzjoni ttiehdet proprju fil-gimgha tal-gimgha ta’ attivitajiet li l-Ministru Leo Brincat qed jorganizza biex suppost igib ‘l quddiem il-kwalita’ tal-arja.  Il-Ministru Brincat u shabu ghal darb’ohra qed juru li d-diskors taghhom huwa biss arja shuna u xejn aktar.  Il-Ministru Brincat kien jirbah biss kredibilita’ kieku nsista ma’ shabu biex l-uzu tal-HFO li skond hu kien ta hsara ghall-poplu Malti jieqaf jintuza b’mod immedjat.  Jidher car li l-kampanja kontra l-uzu tal-HFO kienet biss kampanja biex tisraq il-voti ghax mibnija fuq il-biza u l-emozzjoni tal-poplu u sabiex tiggustifika l-ghagla ghal power station li tahdem bil-gas.