Jan 18, 2009

Impressjonat bil-volum tax-xoghol

Il-bierah filgħodu l-President tar-Republika, Eddie Fenech Adami, żar ix-xogħlijiet ta’ rijabilitazzjoni li qed naghmlu fuq il-landfill magħluqa fil-Magħtab. Ix-xogħol intensiv li jinsab għaddej għalkemm mhux tant viżibbli mill-coastroad qiegħed iħalli impatt kbir fuq l-ambjent. Fil-fatt waqt iz-zjara tieghu l-President meta kellem lil media stqarr li kien "verament impressjonat bil-volum tax-xoghol li sar u ghadu ghaddej".

Matul l-ahhar sentejn konna qed nistallaw bjar tal-hadid u network shih ta' pajpijiet biex ikunu estratti l-gassijiet li hemm gol-landfill. Matul l-ahhar xhur gie nstallat apparat li jissejjah Regenerative Thermal Oxidizer (RTO) li jitratta l-gassijiet valenużi. Tajjeb wiehed jghid li go l-'muntanja’ t-temperatura titla saħansitra sa 200 grad C, u kif wieħed jimmaġina jkun hemm ukoll nirien interni. Dan l-impjant, jieħu l-gassijiet minn 380 bir li ġew installati fil-partijiet kollha tal-miżbla, fejn ġo fihom qegħdin jinġemgħu dawn il-gassijiet li mbagħad jiġu trattati. Kieku dawn il-gassijiet velenuzi ma jinqabdux f’dawn il-bjar dawn kienu jibqghu joħorġu fl-arja u jniġġsu l-ambjent b’detriment ghas-saħħa tal-bniedem.

Dawk il-ħafna pajpijiet għaddejjin minn naħa għall-oħra tal-miżbla l-magħluqa tal-Magħtab, li wieħed jara hekk kif ikun għaddej mill-coastroad, huma pajpijiet li mill-bjar qegħdin imorru għal dan l-RTO, fejn il-gassijiet qegħdin jiġu maħruqa f’temperatura ta’ 1100 grad C u ma jitħallewx jikkawżaw ħsara lill-ambjent. Dawn ix-xoghlijiet ta' riabilitazzjoni fuq il-mizbliet li kellna, Maghtab, Qortin - Ghawdex u Wied Fulija s'issa swew madwar €8.4 Miljun. Il-gvern qiegħed issa jalloka € 30 Miljun biex tibda t-tieni fażi tar-rijabilitazzjoni sabiex dawn is-siti jinbidlu f’parks. B'hekk minn postijiet ta' misthija jigu mibdula f'parks ghall-familja.

Jan 15, 2009

Strategija serja mimlija sfidi

Illum kelli jum ddominat minn attivitajiet marbuta mat-Tibdil fil-Klima. Bdejt il-gurnata meta attendejt ghall-laqgha li fiha Kumitat ta' Esperti pprezenta l-Istrateġija fuq Tibdil fil-Klima lill-Prim Ministru gewwa l-Berga ta' Kastilja. Wara flimkien mal-membri tal-Kumitat tal-Esperti, li jien kont ħtart f’Ġunju tas-sena li għadda, nehdejt il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika fuq dan id-dokument waqt konferenza stampa. Il-ġurnata ntemmet b’dibattitu parlamentari dwar is-suppost Private Members Bill tal-Onor.Leo Brincat.

Irrid qabel xejn nirringrazzja lill-esperti, mmexxija minn David Spiteri Gingell, li aċċettaw minnufih li jikkontribwixxu fit-tfassil ta’ din l-Istrategija tant importanti għal pajjizna. Nirringrazzja wkoll lil kull min għen u ħadem għat-tlestija ta’ din l-Istrategija li fiha 87 proposta konkreta ta’ kif pajjizna għandu jizgura li jilħaq il-miri ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

Nappella biex il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika jkun tabilħaqq wieħed popolari u li jwassal biex fil-futur qrib, pajjizna jkollu Strateġija Nazzjonali mibnija fuq kunsens wiesa’ li jkun frott ta’ diskussjoni matura bejn dawk kollha kkonċernati. Ma rridux li dan is-suġġett isir ballun politiku. Ikolli nistqarr izda li jien dizilluz b’ċertu atteġġjamenti li rajt sa’ issa, fosthom ta’ min ta l-impressjoni li qed iressaq xi Abbozz ta’ Liġi quddiem il-Parlament, meta kull ma ressaq kienet sempliċi mozzjoni ta' 153 kelma !

Dan hu suġġett li fuqu ma nistgħux, u ma għandniex infallu bhala pajjiz. Għandna dmir kemm lejna nfusna, kif ukoll lejn ġenerazzjonijiet futuri. Illejla fil-Parlament spiccajt id-diskors tieghi hekk : "l-ewwel hemm bzonn li naqblu fuq il-mizuri li ghandna bzonn niehdu biex nilhqu l-miri. Din hi l-vera priorita’ ghal pajjizna fil-mument. Fuq ligi u checks & balances nkomplu nitkellmu wara."

Jan 13, 2009

Ghazla kuragguza

Il-bierah iltaqa l-Grupp Parlamentari tal-PN biex jiddiskuti l-proposta tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex bhala l-President tar-Republika li jmiss jinhatar Dr.George Abela. Kellna diskussjoni miftuha hafna. Il-Prim Ministru, kif kien ghamel diga anke fil-laqgha tal-Kabinett, ta spjega cara ghall-ghazla tieghu.

Huwa sostna li wasal il-mument li pajjizna jaghmel pass iehor, dak li ghall-ewwel darba jigi nominat politiku li ma jappartenix lill-partit fil-Gvern. Mossa kontraversjali li hasdet lil hafna, izda kif qal Lawrence Gonzi, "Jekk trid tmexxi trid tkun lest ukoll li tbiddel il-mudelli li drajna".

Il-mudell ilu li ntghazel mill-1976 meta l-Partit Laburista fil-gvern kien ghazel ex-Ministru tieghu. L-istess gara fl-1982. Dan il-mudell kompla ghal dawn l-ahhar 20 sena. Zgur li wiehed ma jistax jargumenta li dan il-mudell ma seddaqx l-istatura tal-Presidenza. Izda Gonzi kkonvinca li wasal il-mument li ssir bidla li tkompli tizviluppa l-ufficcju tal-President u tkun xempju tal-maturita' politika ta' pajjizna. Kien ghalhekk li b'kuragg ppropona lil George Abela.

George Abela huwa bniedem rispettat ghax f'mumenti mportanti ma ddejjaqx jiehu posizzjonijiet li kienu kontra l-kurrent tal-kamp tieghu, inkluz fuq is-shubija ta' pajjizna fl-UE. Tista ma taqbilx f'kollox mieghu, imma huwa persuna umana hafna, moderat u razzjonali. Kellu karriera mzewqa b'impenn fil-professjoni legali, t-trejdjunjonizmu, il-politika u anke l-isport.

L-ghazla ta' Gonzi wiehed irid jara ukoll fl-opinjoni tieghi fil-perspettiva tal-mument. Pajjizna ghaddej minn mumenti difficli, f'dinja mimlija ncertezzi. Dan il-mewg naslu biex nirbhuh jekk naghrfu nisfruttaw is-sahha u l-gherf ta' kulhadd. Jorbot anke mal-vizzjoni ta' Gonzi : Flimkien kollox possibli.

Jan 11, 2009

Gym ghall-familja kollha

Il-bierah filghodu, flimkien mal-kollega tieghi Tonio Fenech, zort il-gym li ghadhom kemm lestew il-club tal-Melita FC gewwa Pembroke. Dan il-gym, li se jissemma Spinach Fitness Club, jifforma parti mill-investiment kbir li dan il-club ghamel matul l-ahhar sentejn. Ikolli nghid li l-gym huwa verament originali ghax huwa l-ewwel Family Gym f'pajjizna. Fih hemm sezzjoni ta' taghmir ghat-tfal, ohra ghat-teenagers u ohra ghall-adulti.

Idea verament tajba halli l-familja tkun tista taghmel sessjoni ta' ezercizzju taht l-istess saqaf. It-taghmir fis-sezzjoni tat-tfal, li jistghu jibdew minn eta' ta' 5 snin, huwa verament innovattiv, kkulurit u interattiv. Zgur li jhajjar lit-tfal jersqu 'l quddiem halli jaghmlu sessjoni. Parti mit-taghmir, bhal Gamebikes, jghaqqad l-idea tal-ezercizzju fiziku mal-loghob virtwali li issa saru mdorrijin jilghabu bih it-tfal illum. Hemm ukoll taghmir ghal persuna b'dizabilita fizika.

Gejna nfurmati wkoll li fost l-istaff impjegat ghal dan il-gym, li se jinfetah ufficjalment f'Marzu, apparti ghalliema tal-ezercizzju fiziku se jkun hemm ukoll Occupational Therapists u Child Psychologists. Il-filosofija tas-sezzjoni ghat-tfal hija mibnija fost affarijiet ohra fuq il-vizjoni tal-American College of Sports Medicine li jemmen li "resistance training in children and adolescents reflect an improved cholesterol level, cardio-respiratory fitness, bone health, selfimage and self-esteem."

Din il-facilita' tkompli turi kif il-volontarjat flimkien anke mal-investiment privat u l-ghajnuna tal-Gvern jista jsib il-forza biex ikompli jbiddel pajjizna u jaghmel minnu pajjiz mudell. Prosit u Good Luck !

Jan 10, 2009

It-Tieni Pass ghal Pjazza gdida.

Il-bierah bdejna t-tieni pass biex il-komunita' ta' Tas-Sliema tirbah lura Pjazza Sant'Anna. L-ewwel pass ittiehed f'Lulju tas-sena l-ohra meta l-Gvern avza lis-sid li ma kienx interessat igedded il-kirja meta din tiskadi totalment fl-ahhar tal-2008. Tajjeb wiehed jghid li parti mill-kirja skadiet 4 snin ilu u s-sid kompla jokkupa l-art.

Qabel 30 sena ilu, kien hemm Pjazza li giet kwazi okkupata kollha bl-istabbiliment magħruf bħala Magic Kiosk. Ili ninsisti sa mill-2005 li ġaladarba tagħlaq il-kirja, jkun opportun li l-Gvern itemm il-kirja u b’hekk ikun f’pozizzjoni li jimplimenta l-pjan tiegħu li jsebbaħ zona importanti f’Tas-Sliema.

It-tieni pass kien dak li l-haddiema tal-Works Division, fi hdan il-Ministeru tieghi, bdew jizgubraw il-post fuq direzzjoni tat-Taqsima Propjeta ta’ Gvern. Qabel ma ntervjenejna tlabna l-parir tal-Ufficcju tal-Avukat tar-Republika halli nkunu certi li nistghu nintervjenu. Il-parir kien dak li l-Gvern kellu kull dritt jintervjeni. Il-bierah u llum il-post bazikament inhatt u fil-granet li gejjin nibdew ix-xoghlijiet halli nsebhu din il-pjazza mill-gdid fl-interess tal-gid komuni.

L-intervent li beħsiebna nagħmlu fi Pjazza Sant’Anna jirrispetta l-istorja ta’ din il-pjazza kif ukoll jintegra max-xogħlijiet ta' titjib li sar dan l-ahhar fi Triq it-Torri. Irrid nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari, Dr.Jason Azzopardi tas-sehem tiegħu biex inkunu f’pozizzjoni li nagħtu lil Tas-Sliema pjazza ‘ġdida’.

Jan 7, 2009

Hal Mann Vella - ezempju ta' Best Practise

Il-bierah zort il-bini il-ġdid ta’ Halmann Vella. F'din iz-zjara mhux biss rajt l-qabza kbira li ghamlet din il-kumpanija fl-ahhar 50 sena izda kelli l-opportunita nara l-hafna inizjattivi li ttiehdu sabiex jaghmel din il-binja kemm jista jkun energy & water efficient.

Fost l-inizjattivi nsibu: l-orjentazzjoni tal-bini biex isir l-aħjar użu mid-dawl naturali, l-installazzjoni ta' twieqi double glazed u ta' louvers mekkannizzati li jinfetħu u jingħalqu skond kif ix-xemx tkun orjentata, kif ukoll l-installazzjoni ta' energy efficient lighting. Inizjattiva interessanti hija dik tal-installazzjoni ta' raised flooring fuq il-bejt, sabiex jinħoloq spazju ventilat bejn is-saqaf strutturali u l-art tal-bejt biex b’hekk tnaqqas ħafna l-ammont ta’ energijja meħtieġa li dan il-bini jkollu bżonn biex fih tinżamm atmosfera komda.

Interessanti l-fatt li din il-kumpanijja investiet f’ sistema ta’ ġbir u riċirkulazzjoni ta’ l-ilma li permezz tagħha ‘l fuq minn 96% ta’ l-ilma kollu li jintuza jiġi rkuprat u uzat mill-gdid. Id-Diretturi nfurmawni wkoll li bi ħsiebhom ikomplu jinvestu aktar sabiex ikomplu jsiru dejjem aktar eco-friendly, anke bl-installazzjoni ta' PV systems fuq il-bjut tal-fabbrika tal-kumpanija.

Fil-kelmtejn li ghamilt filwaqt li rringrazzjajthom tal-isforzi ambjentali tagħhom, tlabthom kemm jista jkun jesternaw dawn l-ezempji ta' best practice halli kumpaniji jew familji jikkupjaw dawn l-ezempji li mplimentaw huma.

Jan 1, 2009

Ekologija Umana

Dalghodu morna naghtu l-awguri tas-Sena l-Gdida lill-President u l-Arcisqof. Attivita' ta' kull sena. Kemmxejn bicca xoghol iebsa meta tkun irqadt xi t-3.30am u tkun trid tiltaqa fid-8.45am ! Imma din is-sena kienet kemmxejn differenti ghax hija l-ahhar darba li l-President Fenech Adami laqa l-pubbliku ghall-Awguri. Mument sinifikattiv fil-hajja ta' din il-persuna li aktar tard din se jtemm il-karriera pubblika tieghu. Persuna li tat ilu attiv sa mill-1962, jien lanqas kont ghadni twelidt. Laqatni l-fatt li fid-diskors tieghu rrikonoxxa b'mod pubbliku l-"leadership qawwi" tas-successur tieghu, Lawrence Gonzi.

Wara zorna lill-Arcisqof Cremona. Il-PM Gonzi fil-kelmtejn li ghamel tkellem fuq is-sinifikat taz-zjara tal-Kabinett lill-Isqfijiet. Spjega li din hija riflessjoni tal-impenn tal-Kabinett li jibni l-hidma tieghu fuq il-valuri tal-kultura nisranija, specjalment fuq il-valur tas-solidarjeta' u l-valur ta' servizz ghal gid komuni.

Laqatni hafna kumment li ghamel l-Arcisqof Cremona meta irrefera ghal parti mill-messagg tal-Papa Benedittu XVI ghall-Ewwel tas-Sena, fejn spjega li kull persuna ghandu jhoss ir-responsabilita' li jiehu hsieb lill-ghajru. Qal li s-sens ta' responsabilita' mhuwiex biss tal-mexxejja imma ta' kulhadd. Semma ukoll il-htiega li nharsu ukoll l-ekologija umana apparti l-ekologija ambjentali. L-ekologija umana huwa terminu li l-Papa Benedittu XVI uza dan l-ahhar fejn accenna ghad-difiza tar-relevanza tal-familja u r-relazzjoni bejn il-mara u r-ragel ghat-tnissil tal-gens uman. Il-parir li tana l-Arcisqof Cremona huwa li nzommu dan il-hsieb f'mohhna f'kull decizjoni li niehdu. Kliem li ghandna bzonn nixtarruh sew.