Nov 28, 2007

Jerga jaghmilha !!

Alfred Sant reġa għamilha. Riesqa l-elezzjoni u l-poplu, kif inhu d-dritt tiegħu jibda jistaqsi mistoqsijiet. Ħafna drabi dawn il-mistoqsijiet isiru permezz tal-ġurnalisti u permezz ta’ programmi ta’ diskussjoni li jsiru fuq l-istazzjonijiet tat-televizjoni u r-radju.

Wieħed minnhom, u zgur li fost l-aktar popolari huwa Xarabank. Kif jiġri b’mod regolari, il-programm ta’ nhar il-Ġimgħa li ġej kellu jkun diskussjoni bejn il-Prim Ministru u l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni. U hawn fejn waqgħet il-maskra li jipprova jpinġi l-Partit Laburista. Kontra kull mistenni, l-Partit Laburista għamel numru ta’ kundizzjonijiet biex jaċċetta din l-istedina, u dan kien ukoll segwit bit-tħabbira li l-Partit ma kienx qed jaċċetta l-invit!

Dan hu ripetizzjoni ezatta ta’ dak li ġara fil-ġimgħat u x-xhur ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet meta l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u l-Partit Laburista għamlu bojkott lil Xarabank. Ilna nissusspettaw li l-Partit Laburista jħossu skomdu jiddiskutti fil-miftuħ u jippreferi li jitkellem waħdu ma’ folla li lesta tibla’ dak li kollu li jgħidulha. X’ħasra! B’din l-attitudni jitlef il-poplu Malti, il-pajjiz u d-demokrazija li tant ħdimna għaliha.

Nov 27, 2007

Cereali - prezzijiet li jkomplu joghlew !

Iż-żidiet u l-effetti straordinarji fis-settur taċ-ċereali ddomina l-laqgħa tal-Ministri ta’ l-Agrikoltura fi Brussel il-bierah u llum.
Waqt diskussjonijiet tal-Kunsill kemm il-kummisjoni u kemm l-istati membri rrikonoxxew li kien hemm żidiet straordinarji fix-xgħir u qamhirrun minn sena 'l hawn. Dawn gara primarjament ghax zdiedet id-domanda izda naqset il-provista. Dan wassal biex ikun zidiet qawwijiet fil-prezzijiet tal-gwież għall-annimali.

L-indikazzjonijiet ghallanqas s'issa huma li għas-sena d-dieħla l-provista ta’ qmugħ ser tiżdiet u allura l-prezzijiet mistennija jorsu gradwalment imma zgur li dan mhux mistenni li jsehh qabel nofs is-sena d-diehla.

Meta ntervenejt fil-Kunsill ghidt li r-rahhala fil-pajjiżi u reġjuni fil-periferiji ta’ l-Ewropa qed ikollhom igorru ukoll spejjeż straordinarji fit-trasport tax-xgħir u qamhirrun (materja prima) anke minhabba z-zieda fil-prezz taz-zejt. Fil-fatt ħeġġigt lil Kummisjoni biex tikkonsidra kif tista tagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż addizjonali fit-trasport f’dawk il-pajjiżi u reġjuni il-bogħod miċ-ċentri ta’ provisti u ta’ trasport ta’ qmugħ u ċereali.
(Ritratt: Mal-Ministru Taljan, Paolo de Castro)

Nov 25, 2007

Viva l-pluralizmu fix-xandir

Il-bierah filghaxija attendejt l-Malta Television Awards flimkien ma' Lourdes ghax il-programm Newsroom li tiproduci hi kull nhar ta' Tnejn fuq NET TV kien nominat ghal Best Current Affairs Programme Award. Newsroom ma rebahx imma rebah il-programm tal-One TV, Trip.

Kienet serata helwa fejn inghataw numru konsiderevoli ta' awards lil persuni nvoluti fl-industrija tat-televizzjoni lokali, minn production houses, presenters, editors, atturi ecc.

Waqt is-serata gieni hsieb: koss dan kollu illum jista jsehh ghax fil-bidu tas-snin disghin il-Gvern mmexxi mill-PN ha d-decizzjoni biex ikollna l-pluralizmu fix-xandir u kien fetah il-bibien tal-PBS ghal production houses privati. B'dik id-decizzjoni kien indifen il-monopolju tal-istat fix-xandir li kien ghaddiena mill-esperjenza moqzieza ta' Xandir Malta. Anke dakinhar il-PN gie kkritikat mill-Opposizzjoni Laburista, li mbaghad rikbet fuq id-decizzjoni u bniet l-media audio-viziva taghha f'binja fil-Marsa moghtija lilha mill-istat !

Is-sala tal-Hilton fejn saret l-attivita' il-bierah filghaxija kienet imballata b'nies li llum huma mpjegati full-time jew part-time fl-industrija tat-televizzjoni f'pajjizna. Hafna minnhom zghazagh li gew imharga fil-kors tal-Communications li ukoll infetah ghax il-PN fil-Gvern fetah il-bibien tal-Universita' berah u fl-1991 twaqqaf ic-Centre for Communication Technology (CCT) u bdew dehlin l-istudenti fil-kors tal-Communications.

Xi kultant nahsbu li kollox ilu maghna minn dejjem imma ftit nahsbu fuq iddecizzjonijet li bidlulna hajjitna !

Nov 22, 2007

Eko-Skola - Storja ta' Success

Il-bierah attendejt attivita helwa tal-programm Eko-Skola. Programm li bdejt erba' snin ilu flimkien man-Nature Trust li permezz tieghu nziedu l-gharfien u l-azzjoni tat-tfal tal-iskejjel primarji u sekondarji favur l-ambjent. Niftakar li konna bdejna sempliciment b'sitt skejjel. Illum wasalna biex ghandna 60 skola tippartecipa !

Fl-attivita tal-bierah it-tfal ipprezentawli kopja ta' memorandum li l-bierah stess ghaddew lill-partiti politici maltin bhala azzjoni li dawn it-tfal qed jistennew minghand il-partit waqt il-kampanja elettorali. Fosthom li : 1. fl-attivitajiet politici jintuzaw materjali riciklabbli; 2. wara l-attivitajiet politici jitnaddaf il-post u jintuzaw recipjenti li jhajru s-separazzjoni tal-iskart; 3. ma jintbaghtux jintbaghatx materjal stampat fid-djar imma jintuzaw messaggi eletronici u media audio-vizwali.

Fuq it-tielet wahda meta kellimthom ghidtilhom li mill-esperjenza personali tieghi mportanti li wiehed juza l-messaggi permezz tal-internet jew sms imma dan huwa limitat. Spjegajtilhom li sfortunatament mhux il-popolazzjoni kollha taf tuza l-computer kif illum jafu juzaw huma sa minn eta' zghira. Nittama li sa meta jilhqu huma u jkunu mpenjati fil-politika l-materjal stampat jkun spicca mid-djar. Ha nghidlek uhud minn dawn it-tfal jekk jidhlu fil-politika se jkollhom bazi ferm ahjar minna !

Nov 19, 2007

Christmas Village


Bħalissa fil-Ministeru tiegħi qed inħejju biex bejn it-13 u s-16 ta’ diċembru li ġej norganizzaw Christmas Village fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali. L-idea nibtet wara li fl-aħħar jiem organizzajna b’suċċess Festa Familja fl-istess sit biex infakkru l-ftuħ ta’ l-estensjoni ta’ l-istess park. Il-mijiet ta’ familji li ġew u ħadu gost ġiegħluna naħsbu biex inkomplu nagħtu ħajja lil dan il-post li issa kompla jissebbaħ. Bil-festi tal-Milied dalwaqt magħna, ddeċidejna li norganizzaw numru ta’ attivitajiet fil-park b’mod li noħolqu villaġġ tradizzjonali tal-Milied.

Fost l-attrazzjonijiet ewlenin li se jkun hemm, wieħed se jsib korijiet ikantaw muzika tradizzjonali tal-Milied, ikel u xord tradizzjonali ta’ dawn iz-zminijiet, wirjiet marbuta mal-Milied, logħob għat-tfal u ma jistax jonqos li jkollna l-post armat b’dawl u tizjin tal-Milied.

Id-dħul għal dan il-villaġġ se jkun b’xejn u l-villaġġ se jkun miftuħ kuljum bejn l-10am sa’ tard filgħaxija. Il-Ħadd 16 ta’ diċembru l-attivitajiet jintemmu għall-ħabta tas-6pm. Biex inkunu ċerti li nolqtu l-gosti ta’ kulħadd ħsibna wkoll biex filgħaxija ntellgħu spettakli b’tema differenti u dawn se jkunu Christmas by Candlelight, Christmas with the Stars u Christmas Unplugged. Peress li l-lista ta’ kantanti għadha qed tiġi finalizzata, nħeġġiġkom biex issegwu l-mezzi tax-xandir għal aktar dettalji fil-jiem li ġejjin.

Nittama li narakom f’atmosfera ta’ ferħ biex flimkien niċċelebraw Milied kif jixraq.

Nov 17, 2007

Caravaggio : l-Inkjesta

Illejla mort sat-Teatru tal-Gharghur biex nara l-produzzjoni "Caravaggio: l-Inkjesta" mtella mill-Ghaqda Teatrali Dwal Godda b'kitba ta' Joe Friggieri. Ghogbitni hafna. Ftit tal-granet ilu l-istess produzzjoni ttelghet fit-Teatru Manoel b'atturi differenti imma sfortunatament kont tliftha u wara li smajt li tghidx kemm hija tajba ma ridtx nimmisjha.

Il-produzzjoni ta' llejla hadmu fiha atturi zghazagh mmexxija b'hegga kbira bhas-soltu minn Martin Gauci, li sar sinonimu mad-drammi li din l-ghaqda ttella fil-Gharghur specjalment fil-Gimgha Mqaddsa. Hadt gost li llejla kienu prezenti ukoll bhala udjenza l-atturi aktar stabbiliti li hadmu fl-istess produzzjoni fit-Teatru Manoel, li bil-presenza taghhom biss ukoll taw support morali qawwi lil dawn l-atturi anqas celebri.

Il-kitba tal-produzzjoni hija tal-aqwa kwalita' u jien u nisma d-djalogu ghidt bejni u bejn ruhi - kemm hi sabiha l-lingwa maltija meta tkun espressa b'pinna meqjusa. Joe Friggieri irnexxielu jinseg il-prezent mal-passat biex johrog il-karattru ta' Michelangelo Merisi minn Caravaggio, dak il-genju tal-arti li kellu hajja mqallba hafna. Michelangelo li minkejja li ghex 39 sena biss ta lill-Italja u lil pajjizna bosta kopolavuri ta' arti barokka u jibqa msemmi l-aktar ghal mod drammatiku li uza l-chiaroscuro.

Nov 15, 2007

Dinja Wahda

Dalghodu attendejt attivita' organizzata mill-Birdlife ghat-tfal tal-iskejjel li saret fil-Kullegg Savio f'Had-Dingli fl-okkazzjoni tal-launch tal-programm edukattiv dwar l-ambjent bl-isem Dinja Wahda.

Wahda mit-tfal mill-iskola primarja ta' Rahal il-Gdid ghamlet diskors tajjeb hafna dwar l-esperjenza taghha ta' dan il-programm fis-snin li ghaddew. Diskors li wera bic-car kemm dan il-programm kif ukoll il-programm EkoSkola qed ibiddel l-attegjament tat-tfal lejn l-ambjent.

It-tfal, apparti li huma 25% tal-popolazzjoni u allura dak li jaghmlu anke huma ghandu impatt fuq l-ambjent, huma dawk li meta jmorru d-dar jinfluenzaw hafna lill-genituri taghhom u anke lil qraba taghhom.

Dan l-ahhar omm kitbet u qalet kemm l-esperjenza tat-tifla taghha fl-EkoSkola qed iggieghel anke lilha tbiddel l-attitudni taghha lejn l-ambjent. (http://www.timesofmalta.com/articles/view/20071021/education/my-child-is-making-me-eco-friendly/ekoSkola)
Importanti li ninvestu l-miljuni fil-qasam tal-ambjent kif qed naghmlu, izda mportanti kwazi aktar li nibqghu ninvestu fl-edukazzjoni ambjentali ghax hija dik li tbiddel l-attitudni tas-socjeta' lejn l-ambjent ta' din id-dinja li nghixu fiha.