Sep 9, 2007

Malta vs Turkey


Il-bierah filghaxija mort nara lit-team Malti jilghab kontra t-Turkija. Ghall-ewwel ma kontx se mmur izda mbaghad iddecidejt li mmur. Kienet loghba kkumbattuta. Fil-fatt hadt gost li mort. Gejna draw izda fil-verita’ stajna rbahna bl-azzjoni ta’ Michael Mifsud. It-team laghab verament bhala team. Kienu kkoncentrati. Haber fil-lasta kien fenominali ghalkemm fil-bidu deher xi ftit incert. Brian Said kien fl-opinjoni tieghi determinanti. L-isfortuna hija li kull meta skurjajna ma rnexxilniex nissetiljaw bizzejjed halli nzommu l-vantagg. Fl-ahhar tal-loghba l-atmosfera fil-ground kienet tal-genn. Is-support tal-folla numeruza (fil-fatt l-istadium kien kwazi mimli) kien tajjeb izda forsi seta’ kien daqsxejn aktar b’sahhtu u konsistenti. Haga wahda biss dejqitni: it-tisfir ta’ xi Maltin waqt l-innu Tork. Mill-bqija veru hadt gost. Hrigt mill-istadium kwazi mahnuq. Bhas-soltu ma nafx noqghod kwiet ! Prosit boys !!

1 comment:

Unknown said...

Prosit ta' l-artiklu George u prosit lit-team nazzjonali ovvjamant. Pero' stennejtek ser tikteb xi haga fuq il-waterpolo ukoll, specjalment fuq l-ahhar loghba tal-league :-)