It-tieni half kien storja ohra. Fl-ahhar 20 minuta it-team Malti ghamel rimonta. Minn azzjoni mibdija minn Jamie Pace minn nofs il-ground, li baqa' jinsisti l-hin kollu, it-team Malti naqqas l-iscore ghal 3-1. Imbaghad meta kien fadal biss xi 6 minuti ghat-tmiem tal-loghba ir-referee, li fl-opinjoni tieghi ma kienx up to standard, saffar penalty. Michael Mifsud ma falliex.
Matul il-loghba hadt gost nara l-espressjonijiet fuq wicc Lawrence Gonzi li llum gie jara l-loghba. Lejn l-ahhar tal-loghba dahal fl-entuzjazmu, tant li ghajjat "penalty" b'vuci gholja fuq kulhadd fil-VIP box. Tant li biex niccajta ghidtlu li r-referee beza minnu u tana l-penalty ! Bi ftit aktar fortuna lejn l-ahhar stajna gibna draw.
No comments:
Post a Comment