Waqt is-seduta habbart li nfurmawni li sa dalghodu konna wasalna sa 13,300 sigra ! Aktar minn 4 darbiet is-sigar li gew massakrati f'Mejju. Verament rispons qawwi u b'sahhtu mill-poplu Malti.
Kif spiccajt is-seduta bqajt tiela sal-Mellieha fejn iltqajt ma' Tonio Fenech u xi haddiema tal-Ministeru li kienu hadu l-inizjattiva u gabru bejniethom Lm3,000 biex jinxtraw sigar. Gest veru sabih. Ma' Tonio gie ukoll it-tifel tieghu Karl. Iggustajtu xi armat bil-pala tieghu ukoll halli jaghti daqqa t'id. Ma setax jieqaf jimbotta l-hamrija !
Waqt li kont hemm iltqajt ma' ragel Ingliz li mizzewweg Maltija li gew jaghtu daqqa t'id b'volontarju. Iltqajt ukoll ma' xi familji li gabu t-tfal taghhom ihawlu s-sigar.
Dan il-lejl behsiebni nitla s'hemm ukoll u nqatta l-lejl mal-iScouts tal-iskola St.Michael's ta' Pembroke. Dawn laqghu l-istedina tieghi li anke matul il-lejl ikun hemm attivita' posittiva favur l-ambjent galadarba l-att ta' vandalizmu kien sar matul il-lejl.
No comments:
Post a Comment