Feb 17, 2008

Niedejna l-Programm Elettorali

Illejla l-Kunsill Generali tal-PN nieda l-Programm Elettorali. Jien kont l-ewwel kelliem fih. Dan huwa dak li ghedt:

Bil-fatti, l-ambjent sar wieħed mill-punti ewlenin tal-aġenda tal-Gvern. Bil-fatti, l-ambjent sar tagħna lkoll.

Dil-ġimgħa l-PM ħabbar il-proposti tal-PN għall-ambjent għall-wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan hu t-tieni pass. Nistgħu nagħmluh għax l-ewwel pass sar..qiegħdna l-bazi..issa nistgħu naspiraw għat-tieni pass..nistgħu nibdew intellgħu l-ewwel sular għax il-pedamenti b’saħħithom.

Illum wara nofsinhar kien hawn min ħaseb li billi jippubblika rapport mhux finali ta’ l-uffiċċju ta’ l-awditur tal-MEPA, kien ser iħammarli wiċċi. Jien mhux talli ma ħammarlix wiċċi, talli jien kburi li qdejt ir-responsabilitajiet tiegħi bħala Ministru responsabbli mill-imaniġġjar ta’ l-iskart biex nevitaw li pajjiżna jgħaddi minn dak li għaddejjin minnu pajjiżi ġirien tagħna.

Issa nistgħu naspiraw li nitkellmu fuq mizuri konkreti biex inzidu d-dipendenza tagħna fuq sorsi ta’ enerġija alternattiva. L-ewwel pass għamilnieh għax l-iskart tagħna sar rizorsa..qed nieħdu l-enerġija mill-iskart.

Issa nistgħu naspiraw li nwiegħdu li se nkomplu ninċentivaw l-uzu ta’ prodotti li jħarsu l-ambjent..għax l-ewwel pass sar, il-Gvern mexxa bl-ezempju, zidna l-edukazzjoni ambjentali permezz ta’ l-eko skola, sena wara sena tajna sussidju u inċentivi li jippromwovu l-uzu ta’ prodotti bħal dawn.

Issa nistgħu nwiegħdu li se nkomplu nifirxu t-taħwil ta’ siġar ..għax fis-snin li għaddew bdejna programm ta’ afforestazzjoni mix-xejn u ħawwilna aktar minn 50,000 siġra. Nistgħu inwiegħdu li se nsibu siti għodda ta’ afforestazzjoni għax fis-snin li għaddew ezawrejna l-miri li konna stabbilejna.

Nistgħu nwiegħdu li l-ambjent ser nagħtuh allokazzjoni qawwija mill-fondi tal-UE..għax ġibna l-finanzi fis-sod u nistgħu ninvestu f’dan is-settur tant importanti.

Ftaħna beraħ il-bibien ta’ l-aċċessibilita’ tal-MEPA..tajna vuċi lis-soċjeta’ ċivili, għamilna l-MEPA suġġett għall-iskrutinju pubbliku u skrtuniju istituzzjonali bit-twwaqqif tal-Uffiċċju ta’ l-Awditur..issa nistgħu inkomplu naspiraw li nkomplu nirriformaw il-MEPA taħt it-tmexxija tal-PM.

Jien nirringrazzja lill-PM tal-fiduċja li wera fija meta zidli r-responsabbilta’ tal-immaniġġjar ta’ l-iskart wara l-ħatra tiegħu. Kif qal hu stess, bdejna b’Magħtab nitfgħu l-iskart u spiċċajna b’Magħtab li kif jgħidu l-billboards qed iwarrad.

Illum nistgħu nħarsu ‘l quddiem..għax ix-xogħol li wettaqna jippermettilna nagħmlu dan. Nistgħu inkomplu nwiegħdu kwalita’ ta’ ħajja aħjar anke għax il-miri li poġġejna quddiemna fl-ambjent ilħaqnihom u nistgħu nkomplu naspiraw futur aħjar għalina u għal ġenerazzjonijiet futuri.

No comments: