Mingħajr ma naf kif il-bierah bdejna t-tielet ġimgħa tal-kampanja elettorali. Il-ġranet qed igerrbu u f’anqas minn 19-il jum ieħor nivvutaw f’elezzjoni tant importanti għal pajjizna u għall-futur tagħna.
Il-ġranet tiegħi qed ikunu mimlija sew b’attivitajiet minn filgħodu sa filgħaxija bl-iskop li ndaħħal kemm jista’ jkun affarijiet. Qatt daqs dan iz-zmien ma kont nixtieq li l-jum tiegħi ikun fih ferm aktar minn 24 siegħa. Kemm ilni fil-politika dejjem emmint li l-kuntatt ma’ l-elettorat huwa ta’ l-ogħla mportanza tant li ħlief għal waqfa zgħira bejn April u Ottubru ta’ l-2003, jien kont bqajt għaddej bi zjarat fid-djar għand kostitwenti.
Ovvjament bħalissa nzid l-intensita’ ta’ dawn il-laqgħat filwaqt li zidt ukoll numru ta’ attivitajiet oħrajn. Mill=llum nibda sensiela ta’ area meetings li għalihom nistieden residenti minn areas partikolari tad-9 u l-10 distrett. Matul dawn il-laqgħat, ġurnalist jew personalita’ magħrufa se jistaqsuni l-mistoqsijiet u wara jkun hemm riċeviment.
Għandna wkoll attivitajiet oħrajn ippjanati u fil-jiem li ġejjin intom se tkunu infurmati b’dawn l-attivitajiet. Nittama li narakom f’dawn il-ġranet sakemm jasal il-jum ta’ l-għazla.
No comments:
Post a Comment