Se nħallu pajjiz b’saħħtu, b’ekonomija b’saħħitha li qed tikber akbar mill-medja ta’ l-Unjoni Ewropea. U għax għandna pajjiz b’saħħtu nistgħu nkomplu bil-pjan tagħna li l-ġid iġġenerat jitgawda mill-poplu b’mod dirett.
Il-proposti għal anqas pressjoni fiskali mħabbra mill-Prim Ministru bħala parti mill-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista qed isiru f’dan il-kuntest.
Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi mizuri konkreti għal wara l-elezzjoni biex inkomplu fejn ħallejna fil-budget ta' din is-sena.
Il-proposti tal-Partit Nazzjonalista jinkludu:
i) t-twessiegħ ta’ tax bands b’mod li jogħla l-limitu ta’ meta wieħed iħallas taxxa fuq l-income b’rata ta’ 15% u b’rata ta’ 25%;
ii) t-tnaqqis fir-rata massima tat-taxxa mid-dħul minn 35% għal 25% ħlief għal min jaqla’ aktar minn €60,000 (Lm25,758);
iii) inċentiv għan-nisa li jdħlu lura jaħdmu billi jkunu ezentati sena mill-ħlas tat-taxxa għal kull wild li jkollhom;
iv) u impenn li l-overtime jibqa’ jitħallas bis-siegħa, siegħa w nofs, u mhux bis-siegħa, siegħa kif irid il-Labour.
Dawn il-propsoti jirraprezentaw it-tkomplija ta’ mixja t’ progress li qbadna fl-aħħar snin. Gaħliex aħna verament nemmnu li FLIMKIEN, KOLLOX HU POSSIBLI.
1 comment:
Ma ghandniex alternattiva ohra hlief nivvuttaw lil partit li jaf x'qieghed jaghmel, li ghandu progetti konkreti u li jistgha jwassal lil Malta 'l quddiem..igifier il-partit Nazzjonalista!
Post a Comment