L-istatistika uffiċjali maħruġa dan l-aħħar mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika tikkonferma s-suċċessi miksuba mill-Gvern, permezz tal-WasteServ, fil-qasam ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart.
L-istatistika turi kif matul l-2006, għat-tielet sena konsekuttiva, naqas l-ammont ta’ skart li qed imur fil-landfills pubbliċi mmaniġġjati mill-WasteServ. Dan jikkontrasta bil-kbir ma’ dak li kien jiġri sa’ ftit tas-snin ilu u ħarsa lejn iċ-ċifri turi l-kobor ta’ din il-kisba. Fl-2002 marru ftit anqas minn 1,600,000 tunnellata ta’ skart fil-landfills. Fl-2006 dan nizel għal ftit anqas minn 250,000 tunnellata, tnaqqis ta’ madwar 85% f’erba’ snin. Dan kien jinkludi skart iġġenerat mill-industrija tal-bini li kien jispiċċa jintrema fil-mizbliet qabel ma beda jintuza b’mod differenti, ewlieni fosthom biex ikunu riabilitati l-barrieri wzati u b’hekk jitfejqu ġrieħi fuq il-pajsaġġ Malti.
Dan ma ġarax b’kumbinazzjoni. Lanqas mhi kumbinazzjoni li l-ammont ta’ skart miġbur mill-bring-in sites qed jizdied b’rata mgħaġġla minn sena għall-oħra. Fl-2006 inġabru madwar 1,425 tunnellata ta’ skart mill-bring-in sites, li hija zieda fuq is-sena ta’ qabel u qabza impressjonanti meta wieħed iqis li fl-ewwel sena tagħhom, fl-2003, mill-bring-in sites inġabru 188 tunnellata ta’ skart.
Quddiem dawn ir-rizultati hemm kelma li tiġik spontanja – Grazzi...anzi Grazzi mill-qalb lill-poplu kollu li qed jikkopera bi ħġaru mal-politika al-Gvern favur kultura differenti ta’ kif nimmaniġġjaw l-iskart. Dawn huma l-aqwa rigal li aħna nistgħu ngħaddu lill-ġenerazzjonijiet futuri.
No comments:
Post a Comment