Nhar is-sibt, fil-prezenza tal-Prim Ministru, inawgurajna l-iskate park il-ġdid fl-Imsida. Permezz ta’ dan il-proġett, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjizna, komplejna inzidu mal-lista ta’ proġetti li permezz tagħhom qed nipprovdu faċilitajiet fejn uliedna, u l-familji tagħna jkunu jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom.
Permezz ta’ dan il-proġett, irnexxielna nibdlu zona mitluqa fi skatepark ta’ l-aqwa standards, fatt rikonoxxut ukoll minn xi skaters professjonali li nġiebu Malta għal din l-okkazjoni. Impressjonani wieħed minnhom meta qalli li l-Izvizzera lanqas għandhom nofs dak li issa jistgħu jgawdu z-zgħazagħ tagħna.
L-attivita’ tas-Sibt kienet waħda mill-isbaħ. Deher li ħa gost biha wkoll il-Prim Ministru li sab ħin, minkejja l-iskeda tiegħu ta’ bħalissa biex ikun magħna u anke hu jaqta ftit mill-appuntamenti tal-kampanja elettorali. L-aqwa rigal li nghata lili nhar is-Sibt kien meta ezatt kif se nibdew l-attivita' ġie fuqi tfajjel ta’ madwar 12-il sena u bl-ikbar ġenwinita’ qalli: “Prosit..hawn bomba man!”
Li tagħmel il-ġid huwa wieħed mill-aktar għanijiet nobbli fil-politika. Li tisma tifel innoċenti jlissen dawk il-kliem jimlik b’kuraġġ u b’determinazzjoni biex tkompli taħdem b’risq dan il-pajjiz.
No comments:
Post a Comment