Dec 31, 2009

Is-sena 2009...fiha l-aktar roddejna lura spazji.

Dan hu żmien ideali biex wieħed iħares lura lejn dak li wettaq matul is-sena li qed tintemm u fl-istess waqt iħejji għal dak li jrid iwettaq fix-xhur tas-sena l-ġdida. Ħarsa lejn dak li wettaq il-Ministeru tiegħi fl-2009 huwa xhieda ta’ ħidma sħiħa, liema ħidma hija biss xprun biex inkomplu nħaddmu u nwettqu l-programm ta’ ħidma fis-sena l-ġdida.

Il-Gvern għandu viżjoni li jkompli jagħti lin-nies aktar spazji pubbliċi miftuħa għar-rikreazzjoni tal-familji. Is-sena 2009 tibqa’ mfakkra għal kemm il-Gvern irnexxielu jagħti lura lin-nies spazji miftuħa. Bizzejjed insemmi Piazza Sant'Anna f'Tas-Sliema fejn qabel kien hemm kiosk johnoq l-ispazju. Insemmi wkoll Piazza San Gorg fil-qalb tal-Belt Valletta li kienet sempliciment carpark u li issa diga saret piazza li tat stimolu gdid lil belt kapitali.


U ftit tal-granet ilu tajna lill-publiku l-Adventure Park f'Ta' Qali. Dan l-Adventure kien fgat bil-familji li gharfu juzawh. Tajjeb infakkar ukoll filwaqt li ghamilna ukoll upgrade tal-parti l-antika ta' Kennedy Grove.


Għas-sena li ġejja se nkomplu naħdmu fuq Park f’Wied il-Għajn fuq żona fejn fis-snin sebgħin kienet isservi bħala miżbla kif ukoll nibdew il-proġett ta’ Park f’Delimara. Hemm ippjanati proġetti oħra ta’ tisbiħ u aċċessibilità ta’ spazji għar-rikreazzjoni. Fosthom upgrade totali tal-promenade u tal-gnien gewwa Qui-si-Sana f'Tas-Sliema. Irrid nghid li ahna determinati li nkomplu ntejbu u nestendu l-Park Nazzjonali f'Ta' Qali inkluz bil-bini ta' petting farm. Ahna determinati li nkomplu nghollu l-kwalita’ tal-ħajja għall-poplu anke billi mhux biss noffru aktar spazji miftuha izda noffru spazji ta' kwalita'. Is-sena t-tajba lil kulħadd.

Dec 30, 2009

Ftit sforz..għal tibdil kbir

Hija mpressjonanti c-cifra li tawni dan l-ahhar : hu stmat li Malta se tkun qed tiffranka mas-€6 miljuni f’elettriku matul is-sena d-dieħla b’riżultat tal- introduzzjoni ta’ numru ta’ skemi u inizjattivi li jiffrankaw l-enerġija u jħarsu l-ambjent. Dan l-iffrankar huwa ekwivalenti ghall-enerġija li tintuża minn madwar 10,000 familja ffurmata minn tliet persuni skond il-kontijiet tad-dawl il-ġodda inkella biex wiehed jifhem ahjar, ser jiġi ffrankat elettriku daqs kemm jintuża mid-djar kollha ta’ Pembroke, Tas-Sliema u San Ġiljan.

Dan l-iffrankar ġej primarjament mit-tlett skemi ta’ effiċjenza fl-enerġija li implimenta l-Gvern fl-aħħar snin li huma r-rebate fuq l-appliances bhal fridges, u apparat ieħor li jaħli anqas, l-iskema ta’ tqassim ta’ bozoz energy saving b’xejn lil kull familja, u s-sussidju fuq xiri ta’ sistemi ta’ panelli fotovoltajici u solar water heaters.

Wieħed irid ifakkar li apparti l-għajnuna fuq xiri u użu ta’ apparat li jħares l-ambjent, il-Gvern investa wkoll f’kampanja informattiva bħalma hi l-kampanja Switch li tnehdiet matul din is-sena u li kienet immirata biex toħloq għarfien akbar fost il-poplu.

Quddiem dawn iċ-ċifri malajr wieħed jikkonkludi li dan huwa veru każ li bi ftit sforz ta’ ħafna nistgħu nagħmlu tibdil kbir u effettiv li minnu ngawdu aħna, wliedna u l-ambjent ta’ madwarna.

Dec 21, 2009

X'avventura !

Minkejja t-temp ikrah tal-bierah, kienu bosta dawk li gew jesperjenzaw l-Adventure Area li ghadna kemm ftahna fil-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali. Irbahna Adventure Area minn dik li kienet parti minn runway. Hloqna spazju mhux biss għat-tfal iżda għal persuni ta’ kull eta’. Spazju fejn mhux biss wiehed jikrea ruhu izda jkun ukoll attiv u jissocjalizzaw ruhu ma' ohrajn f'arja nadifa u mingħajr il-periklu tal-karozzi.

Dan il-progett li sewa mal-€ 1.3 miljun sar ukoll bl-ghajnuna tal-BOV li ta donazzjoni ta' € 250,000 u l-Gvern Amerikan li tana $250,000. Fost l-attrazzjonijiet principali hemm Rope Course kbira ghaz-zghazagh. Il-bierah meta staqsejt lil wiehed miz-zghazagh li uzha x'jahseb wegibni "Taghtik kick tal-genn !" Din hija facilita' li tghin hafna f'team building u m'ghandix dubju li se ssir facilita' popolari hafna fil-gimghat u x-xhur li gejjin.

Nixtiequ li dan il-post jintuza wkoll fis-sajf u ghalhekk hadna hsieb li ninstallaw hames funtani biex izomm dan il-post frisk anke fis-sajf. Minbarra hekk il-funtani huma ukoll interattivi kif jafu tajjeb it-tfal li dahlu fihom il-bierah ! Rajt hamest itfal isiru ghasra l-bierah ! Aktar kemm qabzu aktar qabez l-ilma ! Dan hu dak li aħna ridna noħolqu permezz ta’ dan il-proġett. Li t-tfal iħossu li l-park huwa tagħhom, jużawħ b’responsabilita’ u fl-istess ħin jiddevertu flimkien ma' sħabhom u l-membri tal-familja.

Dan hu park aċċessibbli għal kulħadd tant li kemm id-disinn tal-park kif ukoll xi logħob huma anki aċċessibbli għal-persuni bi bżonnijiet speċjali. Dan hu s-sigriet ta’ dan il-park. Post miftuħ, sabiħ, u għal-kulħadd. Inridu narawħ jiġi utillizat ukoll mill-iskejjel, ghaqdiet sportivi u volontarji. Dan il-progett huwa ezempju iehor tal-politika taghna li naghtu lura lin nies spazji publiċi aċċessibli għat tgawdija ta’ kulħadd.

Dec 19, 2009

Process iffrizat

Il-Konferenza go Copenhagen dwar it-Tibdil fil-Klima fl-opinjoni tieghi kienet kwazi falliment totali. Dak li gie msejjah il-Copenhagen Accord certament li ma jilhaqx l-aspettattivi li kellha l-UE. Dan is-suppost ftehim lanqas ma joffri binding emission targets ghal USA, Cina u pajjizi ohra for US, China and other emerging economies subhal Indja u Brazil. Lanqas ma joffri pakkett komprensiv ta' ghajnuna finanzjarja ghal adattazzjoni mill-aktar pajjizi vulnerabli ghal dan it-tibdil fil-klima.

L-unici zewg rizultati posittivi huma (a) il-‘commitment’ biex il-pajjizi kollha jahdmu halli t-temperatura ma toghlix aktar minn 2 degrees C u (b) pakkett limitat ta' ghajnuna finanzjarja. Huwa car li dawn iz-zewg rizultati gew biss bl-insistenza tal-Unjoni Ewropea. Ic-Cina u l-Indja kienu z-zewg pajjizi li kienu qed jopponu kull pass 'l quddiem. Kienu il-hin kollu jfittxu l-least common denominator halli jifrizaw kull cans ta' ftehim sostantiv f'Copenhagen.

Ghall-ewwel darba dak li jissejjah il-Grupp 77 li jigbor fih il-pajjizi li qed jizviluppaw kien maqsum. L-istati gzejjer u l-pajjizi vulnerabli bdew jiehdu posizzjonijiet simili tal-UE. Infatti hafna minn dawn apprezzaw fil-miftuh l-ghajnuna finanzjarja tal-UE ta' € 7.4 biljun ghal 3 snin li gejjin li l-UE xorta ntrabtet li taghti minkejja r-rizultati dizappuntanti ta' din il-Konferenza. Ikolli nghid li l-offerta tal-USA li taghti biss €2.5 biljun fuq 3 snin hija wahda dizappuntanti meta wiehed jikkonsidra l-istqarrija inizjali tal-US Secretary of State, Hilary Clinton fl-istess Konferenza.

Kien hemm arja ta' dizappunt u frustrazzjoni waqt l-ahhar briefing session
tal-Prim Ministri + Ministri tal-Ambjent Ewropej li sar fis-1.15am. Fl-ahhar jumejn il-President tal-Kummissjoni Barroso u l-PM Svediz Reinfeldt kienu qed jispjegaw fid-dettall in-negozjati kif kienu qed jiprocedu mal-blokki l-ohra. Din il-Konferenza definittivament kienet taghlima ghal kulhadd. Kif qal tajjeb wiehed mill-leaders Ewropej “We have experienced a new World Order at this Conference”. Ordni li zgur ma nistghux niftahru bih. Hekk kif fit-3.00am konna hergin mic-Centru tal-Konferenza ma stajtx ma nahsibx fuq id-dizappunt ta' Connie Hedegaard, il-Ministru tal-Ambjent Daniza. Din ghamlet kull ma setghet matul l-ahhar sentejn biex il-Konferenza ta' Copenhagen tkun success ghall-umanita'.

Dalghodu qomna fis-6.30am biex nirritornaw Malta. Irqadna anqas minn tlett sieghat. L-impenji komplew hekk kif wasalna meta llejla flimkien mal-PM Gonzi inawgurajt l-Adventure Park gewwa Ta' Qali. M'ghandhiex dubju li dan il-Park se jkun hit kbir fil-perjodu tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena !

Dec 18, 2009

Hope-n-hagen

Bil-mod il-mod jidher li bdejna mexjin f'din il-Konferenza tat-Tibdil fil-Klima f'Kopenhagen. Il-bierah bhal speci n-nies bdew jintebhu li l-hin ghaddej gmielu u hemm bzonn isir xi haga biex forsi jkun salvat xi haga. Il-President Franciz Sarkozy, li tkellem ftit wara l-PM Gonzi, ghamel diskors tajjeb hafna u pprova jqajjem lid-delegati mir-"raqda". Jidher li l-bierah l-Istati Uniti u c-Cina bdew jitharku mill-posizzjonijiet rigidi taghhom. L-Istati Uniti offrew li sa 2020 jaghtu $100 biljun fis-sena ta' ghajnuna lil pajjizi li qed jizviluppaw u c-Cina bdiet tikkoncedi li jkun hemm monitoragg trasparenti fuq l-emissjonijiet taghha ta' carbon dioxide.
Jidher car izda li c-Cina u l-pajjizi kbar li qed jizviluppaw bhal Brazil u Indja ghadhom l-akbar xkiel ghal meaningful agreement f'din il-Konferenza. Anke jekk jintlahaq xi forma ta' ftehim jidher car li l-emissjonijiet tad-dinja se jibqghu gholjin wisq sal-2020 u allura hu previst li t-temperatura tizdied aktar mit-2 degrees C. Bosta xjenzati jsostnu li jekk it-temperatura tizdied aktar minn 2 degrees C allura se jkollna problemi kbar hafna bit-tibdil fil-klima.

Ghadna kemm spiccajna laqgha ohra ta' ko-ordinazzjoni tal-Ministri Ewropej tal-Ambjent u ma tantx hawn arja ta' ottimizmu minkejja dak li qed tirraporta certu media. Is-sitwazzjoni hija konfuza ghall-ahhar. Jien u diehel ghal laqgha ta' dalghodu rrealizzajt li f'dan ic-centru tal-konferenzi hawn ukoll "meditation and prayer room". Dort fuq Chris Ciantar u ghidtlu, "Nahseb ahjar hafna jigu hawn dalghodu !" Ghadni nittama li din l-opportunita' tittiehed u is-sens komun jirbah fuq l-intransigenza.

Sadanittant diga bdejt nahseb fuq il-fatt li ghada nifthu l-Adventure Area fil-Park Nazzjonali, progett iehor ta' fejda. U l-gimgha d-diehla nittama li nqatta ftit hin mal-familja fil-granet tal-Milied li gejjin.

Dec 16, 2009

S'issa ftit li xejn progress

Inkun onest s'issa ma tantx ghandi ottimizmu fuq il-Konferenza dwar il-Klima go Kopenhagen. Ftit tal-minuti ilu spicca jitkellem il-President Chavez tal-Venezuela u hlief paroli ta' demagogija ma smajtx. Jekk kien zdiedli l-ottimizmu nisma c-capcipa li nghata l-Ministru Svediz, l-ottimizmu niezel fl-art bid-diskors ta' Chavez u certi kelliema ohra. Chavez ghamel diskors ta' kwazi 30 minuta meta suppost dam biss 3 minuti ! Il-President hallih ghaddej. Ghal mument is-sala kien qisha cirku.

S'issa il-posizzjonijiet ghadhom wisq 'l boghod minn xulxin. Suppost li sa nhar il-Gimgha jintlahaq xi tip ta' ftehim li permezz tieghu it-temperatura ma tizdiedx aktar minn 2 degrees C billi l-emissjonijiet tas-CO2 jonqsu drastikament fuq livell mondjali.

L-UE lesta li tnaqqas l-emissjonijiet bi 30% tal-livell li kellha fl-1990 sakemm pajjizi ohra jikkontribwixxu ukoll. Mhux bizzejjed jikkontribwixxu l-pajjizi biss li s'issa accettaw il-Protokoll ta' Kyoto. Dawn jikkontribwixxu biss 30% tal-emissjonijiet. Pajjizi bhal USA, Cina, Brazil u pajjizi ohra li qed jizviluppaw jehtieg ukoll jaghtu l-kontribut taghhom inkella l-isforz tal-UE jkun ghalxejn. Dawn jikkontribwixxu ukoll u jehtieg inaqqsu huma wkoll.

L-udjenza barra c-centru tal-konferenza qed tistenna azzjoni konkreta. S'issa izda ftit jidher li se jkollna xi forma ta' ftehim li verament jkollu valur u jhalli rizultat li jinhass. Nittama li fis-sieghat li gejjin jkun hemm progress u jizdied is-sens ta' koperazzjoni fid-dawl tal-urgenza li qed tiffaccja d-dinja.

Dec 14, 2009

Qed Nistenniek Nieżla Max-Xita

Il-gimgha l-ohra waqt l-attivita' li saret mill-PN f'gieh Eddie Fenech Adami sirt naf lil Pierre J. Mejlak, esponent tal-letteratura Maltija gdida. Wara kuntatt li ghamilt mieghu Pierre bghattli kopja tal-ktieb tieghu "Qed nistenniek niezla max-xita", li huwa gabra ta' novelli qosra li whud minnhom kienu dehru fuq il-blog tieghu.

Ikolli nammetti li mill-mument li qbadtu f'idi ma stajtx inhallih minn idejja. Pierre huwa kittieb li jzewwaq il-kitba tieghu bis-sabih u l-morr tal-hajja, b'pinna verament mexxejja. Juza lingwagg hafif, frisk izda meqjus. Juza lingwagg tal-generazzjoni l-gdida ta' pajjizna, kliem tal-generazzjoni hi-tech. L-isfond tal-istejjer tieghu huma jew f'Ghawdex b'mod specjali fil-Qala fejn twieled u ghex inkella fi bliet ewropej bhal Ruma, Brussels jew f'xi gzira Griega. Izewwaq kif qal haddiehor "Il-parrokkjaliżmu mal-kosmopolitan."

Laqatni b'mod specjali l-kapitli "Ir-rih tal-Bidla" u "Dar ix-Xoghol" fejn Pierre jitkellem dwar kif qatta tfulitu fil-Kazin tal-PN fil-Qala u jirrakonta dakinhar tal-elezzjoni tal-1987. L-ahhar kapitlu rebhu l-Malta Journalism Award. Hassejtni nghix mieghu mill-gdid dawk il-mumenti. Dhaqt bil-mod kif jiddiskrivi l-kazin u l-persunaggi politika b'tant dettall u ironija. Qabizli d-dmugh izda meta jirrakonta kif nannuh ta l-ahbar tar-rebha elettorali tal-1987 "Irbahna, Irbahna". Emmnuni meta nghid li jiddispjacini li qrajt dan il-ktieb issa u ma qrajtux qabel !

Dec 10, 2009

Bellezza ta' skola f'Pemroke

Il-bierah filghodu kont prezenti ghal ftuh tal-iskola primarja ġdida f'Pembroke mill-Prim Ministru. Skola li tifforma parti mill-Kulleġġ Santa Klara. Hadt gost niltaqa ma' uhud mill-madwar 300 tifel u tifla, li b'ghajnejhom jixghelu juruk bic-car l-entuzjazmu taghhom ghal din l-iskola li verament hija sabiha, moderna u mghammra bil-facilitajiet kollha.

Din hi r-raba' skola ġdida li nbniet mill-Gvern f'dawn l-aħħar erba' snin permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) immexxija mill-habrieki C'Man taghha, Ray Fenech. Minbarra l-klassijiet f'kull livell, l-iskola se tilqa' fiha wkoll Childcare Centre ġdid li se jilqa fih madwar tmenin tifel u tifla.

Ghadni niftakar il-jum li fih flimkien mal-Ministru tal-Edukazzjoni ta' dak iz-zmien Louis Galea kont zort flimkien ma' Dolores Cristina is-sit fejn kellha tinbena din l-iskola wara li flimkien mal-MEPA konna identifikajna fejn l-ahjar tinbena. Mur ghidilha lil Dolores Cristina li eventwalment kellha tiftah hi dik l-iskola flimkien mal-Prim Ministru !

Din l-iskola hi l-ewwel binja f'Malta li ma tirċevix kont tad-dawl. Anzi, tiġġenera aktar elettriku milli għandha bżonn u trodd l-elettriku żejjed lill-pajjiż. Fuq il-bejt tal-iskola ġew stallati solar water heaters, turbina tar-riħ u sistema ta' pannelli fotovoltajiċi li jipprovdu biżżejjed enerġija għall-iskola kif ukoll għal seba' familji oħra ! Niehu gost li l-Gvern qed jaghti l-ezempju.

Dec 7, 2009

Il-Pjazza tal-Poplu

Il-bierah f'lejla meraviljuza (anke ghax zamm it-temp !) inawgurajna Pjazza San Gorg - Il-Pjazza tal-Poplu. Hawnhekk ma nixtieqx nikteb jien x'nahseb fuq din il-Pjazza. Ktibt diga fuq din il-blog u esprimejt ruhi fid-diskors tieghi il-bierah. Se nirriproduci uhud mill-sms u emails li rcivejt sa dalghodu minn nies li gew jew li raw is-serata fuq it-televizzjoni.

Jitkellem il-poplu fuq il-Pjazza tieghu:

  • Prosit tassew ghax-xoghol sabih li sar fi pjazza san gorg!!...grazzi tas-serata meraviljuza li kellna ilbierah, hadna pjacir hafna - AnneMarie D.
  • Prosit ta' din il-bicca xoghol li sejra ttella lil Belt taghna 'l fuq fl-eleganza u s-sbuhija - Mario P.
  • Grazzi x'gawhra ta' pjazza ghamiltulna ! - Fabio C.
  • Gejna....prosit...pjazza impekkabli u serata meraviljuza. - Paul B.
  • Fantastic way u organised it yesterday. Forward looking music, very mediterranean, unstuffy , a breath of fresh air and unusual display - Mario D.
  • Prosit KBIRA ta kollox anki ta speech mirqum u GRAZZI - Jacqueline V.
  • Prosit for the work carried out on St George's Square in Valletta. I can see large-scale works being performed there, including opera & ballet, against the Palace facade ... Well done & thank you for yet another wonderful job - Maria F.

  • Ippermettili nifrahlek minn qalbi ghal gojjell kbir li tajtna lura. Jien twiliet u ghext kantuniera bot minn din il pjazza. - Henry F.
  • Two words. Cool and impressive. Prosit ministru and thanks for everything. - Alexiei D.
  • Prosit ! Cerimonja sabiha u pjazza tal-genn ! - Annabelle V.
  • That was totally innovative a big PROSIT - Janice D.
  • Hi well done for this phenomenal project. - J.D.
  • Prosit what a nice change! Watching on dive. - Berenice A.
  • Watching it. So nice. Wish I was there - Francesca Z. minn Helsinki
  • Grazzi li sa fl-aħħar il-Belt ġawhra tagħna qegħda tkompli tiġi mpoġġija fuq pedestal kif fil-fatt jixirqilha!! - Anna G.

Se nieqaf hawn. Jekk ghadek ma rajtx il-Pjazza allura ma jimportax. Mill-llum sas-Sibt ghandna gimgha t'attivitajiet. Ejja u gawdi dak l-ispazju li rbahna mill-gdid !

https://opm.gov.mt/pjazzasangorg

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20091206/local/palace-square-starts-a-new-lease-of-life

Dec 3, 2009

Imn'alla !

Aktar ma jghaddi z-zmien aktar nirrealizzaw kemm kienet ghaqlija u f'waqtha d-decizzjoni taghna li naddottaw l-Euro sa minn Jannar 2008. Jekk qatt kellna bzonn konferma hadniha waqt iz-zjara li ghamilna l-Prim Ministru Gonzi u jien il-bierah lil Prim Ministru tal-Latvja, Valdis Dombrovskis. Il-Latvja, pajjiz b'populazzjoni ta' ftit aktar minn zewg miljun ruh, spicca kwazi kkrolla taht il-piz tal-krizi kbira finanzjarja u ekonomika anke ghax kien ghadu ma addottax l-Euro.

Il-PM tal-Latvja fil-laqgha li kellna mieghu nformana li l-Latvja diga kienet kostretta matul l-ahhar sena biex tnaqqas il-pagi tal-haddiema kollha li jahdmu mal-Gvern b'40% u l-pensjonijiet bi 20% ! Barra hekk temmew l-impjieg lil 12,000 haddiem mal-Gvern. Minkejja li ghaddew il-Budget wara diskussjonijiet twal mal-Unions u l-partijiet socjali, il-Gvern se jkollu jaddotta mizuri ohra ta' tnaqqis fin-nefqa inkluz aktar taxxi minn dawk diga mhabbra fil-Budget ! Fil-fatt aktarx li se jghollu l-Income Tax minn 23% ghal 26% u se jziedu ukoll il-Capital Gains Tax.

Bizzejjed nghid li fil-Budget ghal 2010 il-Latvja se jkollha tkompli tnaqqas in-nefqa tal-Gvern b'mhux anqas minn 680 Miljun Euro halli l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) joffrilhom programm ta' support permezz ta' self. Meta tara dan kollu tkompli tikkonvinci ruhek kemm l-ghazliet li ghamilna fl-ahhar snin kienu bil-ghaqal u kemm pajjizna kien aktar ippreparat jirkeb il-mewg. Dan ma jfissirx li m'ghandniex problemi imma verament tikkonsla meta tisma b'realtajiet bhal dawn tal-Latvja. Ghal darb'ohra tirrealizza ukoll kemm konna serji u responsabli ahna meta ma hadniex il-pariri zbaljati ta' Sant, Muscat & Co biex l-Euro ma naddottawhiex fl-2008 imma nistennew !