Minn qalbi rringrazzjajt lill-kumitat tat-tmexxija u lill-membri kollha tal-koperattiva ta’ dawk li jrabbu l-majjal (KIM) ghal din l-inizjattiva. Il-KIM għaddejja wkoll b’ħidma biex ikollha fabbrika tagħha tal-ipproċessar tal-majjal li għandha twassal biex il-KIM tkun tista’ timmaniġġja aħjar il-volum ta’ laħam li jkollha mingħand il-membri tagħha u tpoggi fuq is-suq prodotti godda.
Huwa f’dan il-kuntest li awgurajt lill-KIM li l-kampanja ta’ branding imnehdija għandha tibqa’ tiġi estiża biex tkun tinkludi mhux biss il-cuts tal-majjal izda eventwalment anke l-prodotti tal-laħam tal-majjal ipproċessati, kif anke ghamlu produtturi ohra f’pajjizi Ewropej. Halli anke l-konsumatur ikun mgharraf x’qed jixtri. Halli jekk burger fih 40% majjal ta’ Malta dan ikun muri car fuq il-pakkett u mhux il-konsumatur minghalih li fih percentwal akbar, meta fil-fatt ikun imhallat ma’ majjal ta’ barra, li jaf ma jkunx ta’ kwalita’ bhal dak ta’ Malta. Tajjeb nghidu li ahna konxji li fuq is-suq taghna qed jinhadem majjal ta' barra li jkun injected b'ammont qawwi ta' ilma. Dan ma jfissirx li jiprezenta xi periklu lill-konsumatur imma definittivament mhjuwiex tal-livell bhal dak ta' Malta.
Ovvjament sistema ta' branding bhal din titlob li jkun hemm sistema adekwata ta’ awditjar halli wiehed jivverifika x'ikun qed jigri fil-process kollu. Dawn il-passi għandhom ikomplu jibnu l-fiduċja tal-konsumatur Malti fil-prodott frisk lokali li jrid jibqa’ jkun sinonimu ma’ kwalita’ u standards għoljin. Il-Gvern se jkomplu jgħin lill-Koperattiva biex iżżid l-għarfien fuq il-prodott frisk lokali u x-xahar id-dieħel se terġa ssir il-Festa tal-Majjal taħt il-kappa tal-kampanja Naturalment Malti.
No comments:
Post a Comment