
Bit-trasferiment tal-ufficini tal-amministrazzjoni minn Sta.Venera ghal Sant’Antnin, il-WasteServ qed twassal messaġġ b’saħħtu li dan l-impjant m’hux talli mhux ta’ detrement għas-saħħa tar-residenti tal-madwar, talli l-istess amministraturi tal-WasteServ stess lesti jahdmu kuljum vicin l-istess impjant. Il-madwar 60 haddiem li issa ghandhom l-ufficini taghhom f’Wied il-ghajn jiffurmaw parti mit-team ta’ 150 ħaddiem tal-WasteServ. Hafna minn dawn il-haddiema huma impjiegi ġodda fil-qasam ambjentali, msejħa green jobs. Fil-fatt Gejtu Vella, Segretarju tal-UHM, li akkumpanjani f’din iz-zjara, f’kumment li ta lil media rrimarka l-qabza li ghamel pajjizna fil-generazzjoni ta’ impjiegi fil-qasam ambjentali.
U l-Oppożizzjoni fejn hi f’dan it-tibdil kollu? B’dispjaċir ikolli nosserva li mhux biss ma tgħinx, saħansitra hi minn ta’ quddiem nett biex tfixkel. Sant’Antnin daqs kemm hu monument ghad-determinazzjoni taghna ghall-ambjent ahjar, huwa wkoll monument ghall-irresponsabilita’ tal-Oppożizzjoni. Ma nista ninsa qatt it-tfixkil li sibna mill-Opposizzjoni biex wasalna. Sahansitra kellna lil dak li llum huwa l-Kap tal-Opposizzjoni, Joseph Muscat, jiddikjara li se jaghmel minn kollox biex jifriza l-fondi tal-UE, igifieri madwar 19-il Miljun Euro minn 26 Miljun Euro. Imma jidher li l-Labour ma tghallem xejn minn din l-esperjenza ta’ Sant’Antnin. Ghadhom jipruvaw ibezzghu u jfixklu f’kull inizjattiva li niehdu. Ippruvaw jaghmlu l-istess dan l-ahhar fuq t-trattament tal-iskart perikoluz f’pajjizna. Imma l-kritika taghhom ma ghamlet xejn hlief uriet bl-aktar mod car li lanqas biss jafu b’dak li diga sar ! Opposizzjoni maqtugha mir-realta’.
No comments:
Post a Comment