Apr 4, 2011

Fejn hi Al Obeidi ?


Fejn hi Eman Al Obeidi ? saret mistoqsija li hafna qed isaqsu, wara li Eman, mara Libjana giet migbura bil-forza minn quddiem ghajnejn il-gurnalisti, meta din kienet qed tirrakonta kif l-allegat vjolenza sesswali li garbet minn grupp ta’ persuni li jappogjaw lil Gaddafi, wara li skond hi giet arrestata f’checkpoint u mizmuma ghal jumejn, fejn sahansitra giet stuprata. Issa jidher li qed tinzamm fil-compound ta’ Gaddafi fi Tripli. Din l-avukat mara ta’ 29 sena mill-belt ta’ Tobruk spiccat is-simbolu l-gdid tal-opposizzjoni ghal Gaddafi fil-Libja.



F’qalbi ghidt meta rajt ix-xena tal-htif taghha mill-lukanda: Jekk dawn trattawha daqshekk hazing quddiem il-cameras u l-ghajnejn tal-gurnalisti, ahseb u ara x’inhuma kapaci jaghmlulha ‘l boghod minn ghajnejn !



Eman al-Obeidy, ilha mahtufa mis-26 ta’ Marzu u s’issa smajna biss kontradizzjonijiet mill-kelliem tar-regim ta’ Gaddafi, Musa Ibrahim, fuqha. Daqqa qal li se tinheles, darb’ohra qal li “hi f’sahhitha u qeghda mal-familja taghha”, qal ukoll li qed jikkunsidraw li jixlu lilha, imbaghad il-gimgha l-ohra qal li sas-Sibt li ghadda zewg jew tlett gurnalisti se jinghataw l-opportunita’ izuruha u jkelmuha. Sa llum ma nafu bl-ebda gurnalist li ltaqa maghha minn dakinhar li nhattfet mill-lukanda.


Salwa al-Housiny Gouda kienet wahda minn dawk ic-cittadini Egizzjani li okkupat Tahrir Square, fil-Kajr. Kienet wahda minn sbatax-il mara arrestati mill-armata Egizzjana, mizmuma fil-habs, ittorturata u suggettata ghal dak li jissejjah `virginity test.’ L-istejjer ta’ dawn in-nisa hija simbolu tal-vjolenza sesswali li hafna nisa jgarrbu fid-dinja waqt li jkunu arrestati. Bosta pajjizi jinjoraw din il-vjolenza sesswali u hafna drabi aktar milli jaghlqu ghajn wahda. Hu d-dover tal-komunita' internazzjonali li tpoggi taht pressjoni lil dawk il-pajjizi li jhallu ngustizzji bhal dawn isehhu f'pajjizhom.

1 comment:

Tanja said...

Din il-mostoqsija ghamiltha jien ukoll: http://www.timesofmalta.com/blogs/view/20110401/tanja-cilia/where-is-iman-al-obeidi
Meta tqis li ufficcjali fir-Regim ta' Ghaddafi inghataw kenn politiku 'l hawn u 'l hinn, wiehed kien jistenna' li isir izjed sforz biex id-dinja sir taf x'sar minn Iman.
Tanja Cilia