Huwa l-ħsieb tagħna li nsibu aktar art madwar il-pajjiż biex inkomplu nkabbru din l-inizjattiva. Infatti qed issir ħidma biex art tal-gvern li tinsab bi qbiela u li ġiet abbandunata tiġi trasferita sabiex tintuża għal din l-iskema. B’hekk aktar familji jingħataw l-opportunita’ li jingħataw bicca art biex fih ikabbru numru ta’ prodotti agrikoli b’sistemi ta’ tkabbir organiku, fejn allura ma jintużawx pesticidi. http://www.facebook.com/Midd.Idejk.fil.Biedja
Apr 29, 2012
Midd Idejk fil-Biedja
Huwa l-ħsieb tagħna li nsibu aktar art madwar il-pajjiż biex inkomplu nkabbru din l-inizjattiva. Infatti qed issir ħidma biex art tal-gvern li tinsab bi qbiela u li ġiet abbandunata tiġi trasferita sabiex tintuża għal din l-iskema. B’hekk aktar familji jingħataw l-opportunita’ li jingħataw bicca art biex fih ikabbru numru ta’ prodotti agrikoli b’sistemi ta’ tkabbir organiku, fejn allura ma jintużawx pesticidi. http://www.facebook.com/Midd.Idejk.fil.Biedja
Apr 26, 2012
L-għatx ghaż-żejt
Waqt dan l-avveniment kelli l-opportunita’ ukoll niltaqa ma’ Dr.Peter Schubert, Direttur tar-Richard Lugar Centre for Renewable Energy (Indiana University), li kien l-kelliem ewlieni. Fl-intervent tiegħu Schubert saħaq fuq l-importanza li l-scientific community issemma leħinha b’mod posittiv fuq teknoloġiji li anke jikkonvertu l-iskart f’energija nadifa, inkluz teknologiji bħal incinerazzjoni u teknologiji ohra. B’hekk tingheleb il-biża li wħud ikollhom fuq għodod bħal dawn. Kont niehu gost kieku appelli bħal dawn smajthom qabel. Forsi ma konniex inkunu ffacjati bi krucjati anke kontra digestor bħal dak ta’ Sant’Antnin !
Apr 20, 2012
Lura ghall-isolament
Ħa u qed ikompli jieħu din il-posizzjoni minkejja li suppost jaf din l-azzjoni tal-Korea ta’ Fuq tikser mill-anqas żewġ riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonjiet Uniti, Riżoluzzjoni 1718 u 1874. Tant hu hekk li proprju nhar il-Ġimgħa li għadda wara li l-Korea ta’ Fuq sparat il-missila, anke jekk falliet, in-Nazzjonijiet Uniti reġgħet ikkundannat din l-azzjoni tal-Korea ta’ Fuq.
Il-posizzjoni ta’ Joseph Muscat mhux biss hija perikoluża għax qed jaddotta posizzjoni kontra dik tan-Nazzjonijiet Uniti u allura kieku kien Prim Ministru kien jiżolana mill-komunita’ internazzjonali, iżda perikoluż fuq kollox għax qed jerġa’ joħodna fis-snin koroh ta’ meta Gvern Soċjalista kien iħossu komdu fi ħbiberija ma’ dittaturi u saħansitra jiffirma ftehim li permezz tiegħu pulizija u suldati maltin ġew imħarrġa minn ufficjali Koreani. Liema ftehim inżamm sigriet mill-istess poplu Malti minn Alex Sceberras Trigona u sħabu tal-era ta’ Dom Mintoff. Liema persuni mhux biss sabu posthom lura fil-Partit Laburista, iżda jidher car li saru mill-ġdid il-protagonisti.
Stat sovran għandu drittijiet pero m’għandu ebda dritt jisfida u jinki bl-aġir tiegħu. Stat sovran għandu jpoġġi l-interessi taċ-ċittadini tiegħu fuq quddiem nett, mhux kif qed jagħmel ir-reġim Korean li jippreferi jħalli lil niesu jmutu bil-ġuħ biex minflok jonfoq il-flus fuq wirjiet li huma intiżi biex ibeżżgħu lill-komunita’ internazzjonali. Jekk Muscat mhux jagħraf dan, allura verament pajjiżna qiegħed fil-periklu għax għandu Kap tal-Opposizzjoni mhux preparat.
Apr 18, 2012
50 sena ta' hidma favur l-ambjent
Guido stess ammetta li llum ghandna klassi politika u anke istituzzjonjiet li huma aktar konxji tal-ambjent, anke ghax is-shubija ta’ pajjizna fl-Unjoni Ewropea gieghel lill-politici jhaffu l-bidla lejn politika msawwra aktar fuq zvilupp sostenibbli. Sar hafna izda kif qal tajjeb fl-intervent tieghu l-President attwali tan-Nature Trust, it-tant habrieki Vince Attard, il-hidma trid tkompli. Interessanti il-fatt kif spjega Vince kif matul is-snin anke l-fizjonomija tal-membri f’din l-ghaqda nbidel. Tant li filwaqt li sal-ahhar tas-snin 70 l-ghaqda kellha ftit aktar minn 1000 membru u aktar minn 80% minnhom kienu persuni barranin li kienu jghixu f’Malta, llum l-ghaqda ghandha ‘l fuq minn 5000 membru, li kwazi kollha huma maltin.
Fid-diskors tieghu Vince Attard spjega it-tlett impenji principali tan-Nature Trust illum. L-ewwelnett dak tal-edukazzjoni u tixrid ta’ taghrif fuq il-qasam ambjentali, specjalment fl-iskejjel. Dan qed isir fi programm imsejjah EkoSkola, liema programm qed isir b’mod kongunt mal-Gvern kif ukoll bis-support anke ta’ sponsors private. It-tieni mpenn huwa dak tat-tmexxija ta’ siti ta’ mportanza ambjentali, bhal dak tal-Park ta’ Xrobb l-Ghagin stess, li qed jitmexxa flimkien mal-Gvern wara li lestejna wkoll centru ta’ taghlim. It-tielet huwa dak tal-kura tal-annimali tal-bahar. Din ukoll hija hidma li ssir flimkien mac-centru tal-Gvern ghall-Akwakultura li sa llum ghandna fit-Torri ta’ San Lucjan.
Nista nghid li personalment dejjem hassejtni komdu nahdem man-Nature Trust. Mhux necessarjament qbilna dejjem, izda dejjem hassejt li nista nibni inizzjattivi maghhom. Huma partners li maghhom tista titrasforma l-holm jew il-paroli f’realta’. Hekk ghamilt meta fl-2003 bdejna flimkien l-ewwel esperjenza tal-EkoSkola ma’ 6 skejjel biex illum ghandna ‘l fuq minn
80% tal-iskejjel ta’ pajjizna attivi f’dan il-programm. Maghhom bnejna wkoll il-kampanja 34U, biex fl-ahhar snin hawwilna ‘l fuq minn 110,000 sigra f’pajjizna. U maghhom ukoll mir-rovina tar-relay station tad-Deutsche Welle f’Xrobb l-Ghagin sawwarna flimkien centru ghat-taghrif dwar l-ekologija, liema centru fih inifsu huwa vetrina ta’ zvilupp sostenibbli. Minn hawn nappella biex aktar nies joffru hinhom u l-energiji taghhom lil din l-ghaqda li tant ghanda potenzjal biex tkompli taghmel gid lill-pajjizna.
Apr 16, 2012
Jaqbel għall-kelb, jaqbel ghalik.
Il-Microchip hija ċippa zgħira ħafna injettata taħt il-ġilda tal-kelb. Din hi injezzjoni li ssir bejn l-ispalel (intrascapulae). Din iċ-ċippa jkollha fiha numru t’identifikazzjoni uniku għal kull kelb u b’hekk il-kelb ikun reġistrat fuq sistema nazzjonali. Din iċ-ċippa toffri numru ta’ vantaġġi fosthom f’każijiet fejn kelb jintilef, jitħalla abbandunat, ikun involut f’xi inċident, u f’kull każ ieħor, l-informazzjoni kollha marbuta mal-kelb u s-sid tkun aċċessibbli permezz ta’ apparat li jaqra ċ-ċippa. Sa llum ‘l fuq minn 22,000 kelb ġew reġistrati permezz taċ-ċippa.
Sa l-bieraħ stess ħaddiema tal-Animal Welfare sabu kelb labrador barra, ġabruħ u permezz taċ-ċippa sabu min kien is-sid u rritornaw il-kelb. Każijiet simili qrajna dwarhom ukoll fil-gazetti lokali u internazjonali. Hija faċli li jintilef kelb imma mhux daqstant faċli li jinstab u jkun identifikat jekk mhux permezz taċ-ċippa. Barra hekk wieħed irid jikkonsidra li sistema bħal din għanda sservi ta' deterrent għal min ikun inklinat li jabbandu l-kelb. Sa llum għad għandna wisq klieb abbandunati. Irridu nifhmu li l-klieb mhux biss huma carriers ta' mard, imma meta jkunu flimkien jispiccaw aggressivi fuq annimali oħra u fuq anke nies.
Kien dan il-ħsieb li wassal biex daħħalna regolament li kull kelb sa Ġunju ta’ din is-sena jrid jiġi microchipped. Wieħed jista’ jieħu l-kelb għand Veterinarju tal-għażla tiegħu biex issirlu l-microchip. Il-ħlas hu ta’ €11.80 (VAT inkluż) fil-każ ta’ klieb imsewwija (neutered) u €22.70 fil-każ ta’ kelb/a mhux imsewwi/ja. Din id-differenza qed issir biex tħajjar lis-sidien isewwu l-klieb tagħhom u b’hekk jonqos in-numru ta’ klieb li jistgħu jispiċċaw jiġġerrew fit-toroq. Għal dawn l-aħħar ħamsin sena, kien hemm l-obbligu li tinħareġ liċenzja mill-Pulizija li tiġġedded kull sena bi ħlas annwali ta’ €2.33. dan kien ifisser li kelb li jgħix medja ta’ 12-il sena is-sid kien obblgat li jħallas €28 fuq 12-il snin. Mentri issa il-massimu li jħallas hu €22.70.
Apr 13, 2012
It-tindif fuq il-bajjiet tagħna
Il-Cleansing Services Directorate (CSD) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali qed jagħmel użu
Biex nagħti ftit eżempji, biżżejjed insemmi li l-ammont ta' alka miġbura f’Buġibba biss fl-aħħar tliett ġimgħat hi ta' 372 tunnellata. L-alka li nġabret mix-xtut kollha ta’
Id-direttorat għandu wkoll ħaddiema li jduru fuq il-lantijiet kuljum. Dan hu x-xogħol siewi li jkun għaddej sabiex aħna u t-turisti li jżuru pajjiżna nsibu postijiet nodfa u komdi. Dan xogħol li ser jibqa’ għaddej u anke jintensifika ruħu fil-ġimgħat li ġejjin. Neħtieġu iżda bħas-soltu l-koperazzjoni ta’ kulħadd biex dawn il-bajjiet jinżammu nodfa u kif jixraq lil pajjiżna.
Apr 7, 2012
Aktar ghajnuna ghal efficjenza fil-konsum
Mill-2006 sa’ llum ġew mgħejjuna mill-Gvern ‘l fuq minn 600 familja biex installaw fi djarhom double glazing jew roof insulation. Apparti dan fl-istess perjodu ’l fuq minn 12,000 familja ngħataw għajnuna mill-Gvern biex investew f’sistema ta’ panelli fotovoltajiċi jew Solar Water heaters. L-investiment fil-pannelli fotovoltajiċi waħdu, wassal biex ġew investiti ’l fuq minn €33 miljun mill-familji b’għajnuna li laħqet madwar €16-il miljun. Dan apparti l-għajnuna li tajna fl-għoti ta’ bozoz energy saving, liema bozoz swew lil-Gvern mal-€4 miljuni oħra.
Ħabbart din l-iskema waqt żjara f’fabbrika tal-ħġieġ tas-Sur Mario Tonna fl-Imrieħel fejn flimkien mal-ġurnalisti stajt nara l-process kollu ta’ kif isir il-ħġieġ double glazing. Impressjonajt ruħi bl-investiment massicc li l-familja Tonna għamlet fl-aħħar snin fuq magni li jiproduci tampered glass u laminated glass, apparti dak biex jiproduci double glazing. Verament ħadt gost nisma mingħandu l-viżjoni tiegħu kemm għall-azjenda tiegħu kif ukoll għall-pajjiżna sabiex jitkattru l-green jobs. Is-Sur Tonna jitkellem b’passjoni fuq il-ħġieġ.
Apr 5, 2012
Aigner – attenta
Aigner tatni ċ-ċans biex jien, flimkien mal-uffiċjali tal-Ministeru, nispjegaw fit-tul kif r-realtajiet tal-biedja f’Malta huma differenti minn dawk f’bosta pajjiżi Ewropej. Sibta attenta u nteressata biex tifhem l-ħtiġijiet u l-partikolaritajiet tal-agrikoltura tagħna. Iċ-ċokon tal-għelieqi tal-bidwi, in-nuqqas ta’ art, il-klima kif ukoll in-nuqqas ta’ riżorsi bħalma hu l-ilma huma fost l-aktar fatturi li jagħmlu s-settur agrikolu Malti wieħed uniku. Fil-laqgħa ħarġet fid-deher id-differenza netta ta’ xi jfisser bidwi zgħir fil-Ġermanja u biedwi żgħir f’pajjiżna. Fil-Ġermanja bidwi b’20 jew 30 ettaru (kważi 200 tomna) ta’ art agrikola jitqies bħala żgħir. Għalina bidwi żgħir ifisser bidwi li jkollu 7 jew 8 itmiem art.
Fil-laqgħa kelli l-opportunita’ nirriafferma l-posizzjoni ta’ Malta li fir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni Ewropea, realtajiet speċifiċi bħal ma huma dawk tagħna jridu jiġu ndirizzati billi r-riforma ma timxix fuq prinċipju ta’ one size fits all.
Ħadt ukoll l-okkażżjoni biex nakkumpanja lil Aigner fi żjara għand bidwi żagħżugħ fiż-Żebbiegħ fejn hemm hi setgħet tkompli tara b’għajnejha dak li għidnilha waqt il-laqgħa. Kienet laqgħa posittiva u ċert li wara llum għandna politiku Ewropew ieħor li mhux biss sema’ dwar Malta, imma issa jaf ukoll kemm pajjiżna huwa uniku. Fehmet sew r-rabta ntrinsika bejn l-attivita’ tal-biedja u l-ambjent f’pajjiżna minħabba li jekk tintelaq l-art, il-pajsaġġ tal-kampanja ta’ pajjiżna jieħu daqqa ta’ ħarta qawwija.
Apr 4, 2012
Xogħol ta' tisbih ġewwa Paceville.
Sfortunatament l-upgrading li kien sar xi 8 snin ilu kienet saritlu ħsara rreparabli, anke bl-użu abbusiv minn vetturi jew trakkijiet, liema ħsara rrendiet iż-żona fi stat mhux xieraq.
Ħadna ħsieb ukoll li mal-pavimentar ġdid fi Triq San Ġorġ, Triq Wilġa u parti minn Triq Dragunara f’Paceville, nintroducu bollards moderni Kif wieħed jista’ jara,l-ammont ta’ nies u attivita li jkun hemm f’din iż-żona tikrea ammont ta’ skart u ħmieġ. Għaldaqstant ħadna ħsieb li issa li għandna pavimentar ta’ kwalita, nintroducu liż-żona fil-programm ta’ ħasil kontinwu permezz ta’ makkinarju li xtrajna matul l-aħħar xhur biex innaddfu ż-żoni pedonali tal-Belt, Tas-Sliema u oħrajn.
Dan ix-xogħol ta’ upgrading f’Paceville jikkumplimenta l-proġett ta’ tisbiħ li kien sar fil-pjazza ta’ Paceville fl-2008. Il-Gvern diġà wettaq ukoll numru ta’ proġetti oħra f’din iż-żona turistika, bħat-tisbiħ ta’ Xatt is-Sajjieda f’San Ġiljan, restawr tal-Kappella tal-Kuncizzjoni u t-tisbiħ tal-promenade mal-bajja ta’ San Ġorġ. Fl-istess ħin diġa għamilna applikazzjoni lil MEPA biex nagħmlu upgrading totali ta’ Spinola f’San Ġiljan.