Se mmorru
biex nibnu Ċentru Ċiviku u ntejbu b’mod qawwi l-ġnien Karin Grech f’San Ġwann
li jiġi quddiem il-Knisja parrokjali. Il-klabb tal-Boċċi li jinsab f’dan is-sit
illum se jingħata post ġdid f’San Ġwann. sabiex il-ġnien u l-play area
jikbru b’madwar 900 metru kwadru. Dan il-ġnien se jinkludi area ta’ landscaping,
funtana u play area għat-tfal. Il-monument f’ġieħ Karin Grech li jinsab diġa f’dan il-ġnien ġie inkorporat
fid-disinn il-ġdid u se jingħata spazju aktar prominenti fil-ġnien.
Id-diżlivell
li hemm fis-sit se nisfruttawh b’mod li taħt il-ġnien se jirnexxielna nibnu
Ċentru Ċiviku minn fejn ir-residenti jkunu moqdija aħjar, u fl-istess ħin
jintrebaħ aktar spazju ta’ rikreazzjoni. Dan iċ-ċentru fost numru ta’
affarijiet oħra ser ikun qed joffri spazji għall-uffiċini tal-Kunsill Lokali, u
sala għall-bżonnijiet tal-komunità. Il-Kunsill
kien evalwa diversi proposti ta’ siti, u kien wasal għall-konklużjoni li dan hu
l-aktar sit ċentrali li jista’ jaqdi l-bżonnijiet tal-komunità ta’ San Ġwann. L-ufficcju preżenti tal-Kunsill Lokali qiegħed ’l bogħod miċ-ċentru u ma jaqdiex biżżejjed il-bżonnijiet tal-Kunsill.
Hu
mistenni li x-xogħlijiet jinbdew hekk kif joħorġu l-permessi mill-MEPA u
jitlesta fi żmien 8 xhur minn meta jinbeda. Fil-ġranet li ġejjin se norganizzaw laqgħa ta’ informazzjoni għar-residenti. Sadanittant wieħed jista’ jieħu idea tajba tal-proġett jekk
jara l-immaġini virtwali li ħejjejna: http://www.mrra.gov.mt/page.aspx?id=113.
No comments:
Post a Comment