Kif qal tajjeb il-Prim Ministru l-bieraħ, l-Oppożizzjoni
għażlet li temmen verżjoni ta’ xi ufficjal barrani u għaġglet biex tressaq
mozzjoni mingħajr ma għamlet tentattiv wieħed biex tivverifika l-fatti
mal-Gvern Malti. Kull ma kellha tagħmel
l-Oppożizzjoni hu li titlob il-minuti tal-laqgħat, liema minuti issa huma pubblici.
Fl-isfond tal-informazzjoni li diġa ħarġet fl-ewwel jum ta’ xhieda, għandu
jkollha d-diċenza li tirrikonsidra l-mozzjoni li ressqet. B'dak li gara s'issa
biss, bizzejjed biex tikkonvinci ruhek kemm għandna Oppożizzjoni mhux preparata
u li moħħa biss biex takkwista vantaġġ politiku.
Il-Prim Ministru elenka kronoloġija ta’ kif seħħew
il-fatti u kif dawn jikkontradixxu l-verżjoni li ta d-diplomatiku tal-Gvern
Amerikan li wara kien ikkwotat minn Wikileaks.
Mhux talli mhuwiex il-kaz li Richard Cachia Caruana "ttradixxa lil
pajjizna" kif l-Opposizzjoni qed tiprova tallega, talli l-azzjonijiet
tieghu kienu kollha fl-interess ta' pajjizna. Nistenna li fil-jiem li ġejjin
din il-mozzjoni mqanżħa tal-Oppożizzjoni tkompli titpoġġa fid-dawl veru tagħha,
jiġifieri mozzjoni motivata minn opportuniżmu politiku u bla ebda bażi ta’
verita’. Mozzjoni kontra persuna li huwa ezempju ghall-ufficjali pubblici kollha
ghad-dedikazzjoni tieghu u ghas-sens ta' dettall biex iservi bl-aqwa mod lil
pajjizu.
Din hi l-verita’ tas-sitwazzjoni politika ta’
pajjiżna. Oppożizzjoni għatxana
għall-poter u li kif tara opportunita’ tgħaġġel biex tipprova tieħu
vantaġġ. Opposizzjoni li ma tiddejjaq
xejn biex taghmel character assassination fuq persuna. L-aqwa li tiprova thammeg ghal gwadann
politiku. Il-vjolenza fizika il-Partit Laburista poggiha fil-genb. Post
il-vjolenza fizika haditu l-vjolenza morali mbuttata mill-media taghhom. Din hi
l-arma favorita taghhom. Opposizzjoni li tinjora l-fatti u tibbaża l-pożizzjoni
tagħha fuq argumenti nfondati.
No comments:
Post a Comment