Ftit jiem ilu Liquigas Malta nhediet
l-użu tal-autogas. L-ewwel pompa tal-fuel li qed toffri dan is-servizz ser tkun
ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. L-autogas huwa diġa użat minn aktar
minn 7 miljun karozza madwar l-Ewropa u b’hekk jissuplixxi l-enerġija
neċessarja għal 2% tal-karozzi wżati fl-UE. Kieku l-użu tal-autogas kellu
jiżdied għal 10% minn 2% sal-2020, fl-Unjoni Ewropea jiġu ġġenerati 350 miljun
tunellata anqas ta’ CO2, jiġu ffrankati €20 biljun f’external costs mill-gvernijiet, inkluż
spejjeż tas-saħħa relatati ma’ tniġġiz fl-arja, u jiġu ffrankati €41 biljun fi
ħlas ta’ fuel mill-konsumaturi. Apparti tnaqqis ta’
CO2, karozzi li juzaw dan il-fuel jiġġeneraw anqas NOx li
hu l-kaġun ta’ ħafna mard kroniku u l-cancer.
Bl-użu ta’ fuel bħal dan ma jgawdix
biss l-ambjent u saħħitna iżda anke l-but tal-konsumatur. Dan għaliex
l-autogas huwa 50% irħas mill-unleaded petrol u 46% irħas mid-diesel. Fil-fatt
preżentament il-prezz tal-autogas huwa €0.75 il-litru u dak tal-unleaded petrol
hu €1.50, kważi d-doppju. Dan hu pass ieħor li jorbot mal-Istrateġija
Nazzjonali ta’ miżuri ta’ politika u tnaqqis
tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Ta’ min ifakkar li Action 65 ta’ din l-istrategija tgħid “The Malta
Resources Authority will work with the appropriate private stakeholders to
introduce autogas as an accessible and affordable substitute for fuel for
vehicle drivers.”
Sabiex wiehed
jaghmel użu minn dan il-fuel hemm bżonn li jagħmel konverżjoni
fil-magna tal-karozza. Hu kkalkulat
li l-ispejjeż biex issir din
il-konverżjoni jiġu bilanċajti f’sena u dan
permezz tal-flus frankati mill-fuel użat.
Il-konverzjoni tista ssir għand stations apposta li huma ċċertifikati
mill-MRA. Ma stenejniex li joħrog fuq is-suq il-fuel u mbagħad noħorgu
r-regolamentazzjoni fuq min jagħmel il-konverzjoni tal-vettura iżda ħriġna dawn
ir-regolamenti f’Awwissu 2010 biex ikun hemm min jiprepara biex iġib
il-licenzja meħtieġa.
Dan l-investiment jista jsir ukoll
għax konna għaqlin u morna għall-privatizazzjoni tat-taqsima tal-gass
tal-Enemalta. Permezz tal-privatizazzjoni ftit tal-ġimgħat oħra se jitlesta
l-proġett tal-impajnt il-ġdid f'Bengħajsa, liema mpjant sar b’investiment ta’
aktar minn €20 miljun mill-privat. Dan ifisser li se jiżżarma l-impjant antik
fil-Qajjenza, liema impajnt li fis-snin tmenin inbena housing estate madwaru
b’periklu għan-nies li joqgħodu hemm. Għalhekk il-Gvern ried li dan l-impjant
jingħalaq biex jitneħħa l-periklu minn wara l-bieb tal-familji ta’ hemmhekk.
No comments:
Post a Comment