Is-self kien jiswa d-doppju
li jiswa llum u l-inflazzjoni kienet tremenda, pero kienet dinja li fiha kien
għadu jeżisti l-protezzjoniżmu. Pero
jekk immorru lura għal żmien il-Lira Taljana, żgur mhux se tirritorna dik
ir-realta’. Żgur li ħadd mhu jistenna li
ċ-Ċiniżi se jmorru lura għall-livell ta’ penetrazzjoni tas-swieq li kellhom
qabel u wisq anqas il-Brażiljani. U jekk
jerġa lura dak iż-żmien probabli li t-Taljani jkollhom fil-ħwienet bit-trolley
mhux biex jimluha bil-prodotti pero jimluha bil-flus li tant ikunu bla valur li
tkun tinħtieġ muntanja karti biex tixtri xi ħaġa.
Skont l-iktar kalkoli
pożittivi, kieku l-Italja kellha terġa tadotta l-Lira bħala munita, f’jum
wieħed biss jintilef mat-30 fil-mija tal-ġid nazzjonali, l-istess kif kien ġara
fil-Ġermanja fis-snin ta’ qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.
Huwa tabilħaqq ta’ min
jitħassar lil min hu mbeżża’ mill-futur, u minflok jittama f’passat li ma
jista’ jirritorna qatt. Jirrabbjawni l-politiċi
li dan jafuh pero jippreferu jimxu b’opportuniżmu u minflok ma jgħidu dak li hu
sewwa, jgħidu dak li jridu jisimgħu n-nies.
Lil dawn in-nies imbeżża’ hemm ħaġa waħda li rridu ngħidulhom – li min
tilef it-triq m’għandux jaqa’ għat-tentazzjoni li jmur lura, għaliex jekk
iħarsu ‘l quddiem biss jistgħu jerġgħu jsibu d-direzzjoni tajba. Għandna niftħu għajnejna mill-wegħdiet
fiergħa li jsiru anke f’pajjiżna!
No comments:
Post a Comment