Id-Deputat Laburista Joe
Sammut għamel żmien iservi bħala kelliem tal-Opposizzjoni dwar is-Sajd. Nifhem li jista’ jkun ma naqblux fuq ċertu
punti, pero żgur li nistenna hu li dan id-Deputat għallinqas ikollu għarfien
bażiku ta’ ċertu realtajiet fil-qasam tas-sajd.
F’artiklu ppublikat f’L-Orizzont
ta’ llum, jagħmel taħwida papali jew kawlata bil-ħut ! Għal darb’oħra jipprova
jwebbel b’affarijiet fiergħa lis-sajjieda.
Qabel ma kiteb Sammut messu ċċekkja li l-Konvenzjoni Internazzjonali li
tirregola t-tonn jisimha ICCAT, li tfisser International
Convention for the Conservation of Atlantic Tuna u mhux ICAD (mhux żball tat-tipa żgur għax ripetut aktar minn darba!), kif kiteb hu. Dan l-iżball huwa biss preludju għal sensiela
mpressjonanti ta’ żbalji oħra li hemm fl-artiklu.
M’huwiex veru li l-Gvern
qasam il-kwota nazzjonali tat-tonn bejn longliners u purse-seiners (u mhux
perseinors Onor Sammut !). Kieku
sempliċiment staqsa kien ikun jaf li l-Gvern din is-sena, bi qbil mal-koperattivi
tas-sajjieda, ħalla jaħdmu biss bastimenti longliners.
L-istess ħmerijiet kitibhom ukoll fir-rigward tal-pixxispad. Hawn m’hawnx kwota u allura m’għandux
x’jaqsam xibka jew sunnara. Barra minn hekk, ta’ min wieħed jinnota li l-qbid
tal-pixxispad permezz tal-purse-seiner huwa llegali. Fis-settur tal-pixxispad daħlu regolamenti
dwar daqs minimu tal-ħut li jrid jinqabad kif ukoll perjodu ta’ closed
season. Evidenti li l-Onor Sammut lanqas
jaf fuq xhiex qed jitkellem f’dan l-artiklu.
Apparti li nixtieq inkun naf
jekk il-pożizzjoni tal-Onor Sammut hijiex ukoll il-pożizzjoni uffiċjali
tal-Opposizzjoni ? Jekk tkun fil-Gvern
l-Oppożizzjoni beħsiebha tinjora l-obbligi li daħlet għalihom il-komunita’
internazzjonali, mhux biss l-Ewropa, dwar
miżuri ta’ konservazzjoni favur ċertu speċi ta’ ħut u tpoġġi fil-periklu
lis-sajjieda għax tesponi s-sajd malti għal sanzjonijiet ? Għal
darb’oħra qed naraw il-mod dilettantesk u opportunist li fuqu ssawwar
il-politika tagħha l-Opposizzjoni anke fuq il-qasam tas-sajd ! Imbasta jippużaw taħt is-slogan Għaqal fit-Tmexxija. Fil-fatt riedu jgħidu Tbażwir fit-Tmexxija !
No comments:
Post a Comment