Aktar ma jgħaddi ż-żmien sfortunatament
aktar nikkonvinci ruħi li l-Onor. Leo Brincat għadu mwahhal mas-sistemi
tal-passat tal-Labour. Minflok persuna
li kapaci jiproponi għadu persuna li mohhu biss biex jiżra l-biża u d-dubji. Hekk għamel fil-passat fuq is-sħubija ta’
Malta fl-UE. Hekk għamel fuq l-impjant ta’ Sant’Antnin, u hekk ilu jiprova jagħmel
fuq l-inceneratur tal-Marsa. Dakinhar
taż-żjara tal-Kummissarju tal-UE għat-Tibdil fil-Klima mar jiprova jagħmel
media stunt ħdejn dan l-inceneratur.
Staqsa jekk hux qed issir importazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali
mill-Afrika ta’ Fuq. Staqsa miskin imma
b’ton ta’ affermazzjoni.
L-allegazzjoni tiegħu ġiet investigati
mill-MEPA u ma nstab xejn irregolari jew xi nitfa’ verita’ f’dak li
allega. Leo Brincat jaf li minkejja li
ma nstab xejn il-Gvern xorta waqqaf bord
ta’ investigazzjoni indipendenti, pero minflok ma juri fiduċja f’dan il-bord
immexxi minn ex Maġistrat u jħallih iwettaq xogħolu, xorta jibqa’ għaddej
ifajjar l-allegazzjonijiet.
Brincat, bħal Labour, jemmen
fl-indħil politiku u allura m’għandux fiduċja fix-xogħol tal-istituzzjonijiet
indipendenti ta’ pajjiżna. Jemmen ukoll
fit-tfigħ tat-tajn. Leo Brincat mhux
lest jammetti li żbalja, jew li probabli kkwota minn korrispondenza interna
tal-MEPA b’mod żbaljat. Il-fatti, kif
stabbiliti mill-investigazzjoni tal-MEPA, huma li li d-Direttorat
għar-Regolamentazzjoni Veterinarja aġixxa b’mod korrett meta ordna li l-iskart
li jkun iġġenerat minn vapuri li jinkludu l-Libja bħala destinazzjoni tagħhom
għandu jkun inċinerat. Din l-azzjoni
ttieħdet bħala prekawzjoni ħalli ma jiġux kontaminati l-irziezet ta’
pajjiżna. L-investigazzjoni tal-MEPA
tikkonferma wkoll li ma saritx importazzjoni ta’ karkassi mil-Afrika ta’ Fuq
biex ikunu meqruda fl-inċineratur tal-Marsa.
Leo Brincat issa jmissu
jbaxxi rasu u jħalli l-bord li twaqqaf iwettaq xogħolu. Hekk titlob is-serjeta’ u r-responsabbilta’
politika. Mhux pjacir tieghi li qed
nikkummenta imma ma nistax inhalli lil Leo Brincat jispara wahdu. Il-verita’ u l-fatti jweġġuh wisq lil Leo !
No comments:
Post a Comment