Sep 18, 2012

56 Miljun għat-taffija mill-għargħar


Wara l-maltemp li kellna ġimgħatejn ilu ħareġ aktar car kemm kienet għaqlija d-deciżżjoni tal-Gvern li jinvesti parti sostanzjali tal-fondi ewropej fuq progett nazzjonali għat-taffija tal-għargħar. Fil-fatt se ninvestu 56 Miljun Euro biex isiru nterventi f’erba żoni biex itaffi l-problemi tal-għargħar fuq ir-residenti u kull min juża ż-żoni ta’ disa’ lokalitiajiet li huma Birkirkirkara, l-Imsida, Ħal-Balzan, il-Gżira, Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Qormi u l-Marsa.  
 
Iż-żona l-aktar li tkun milquta hija dik bejn Hal-Lija u l-Imsida.  Infatti fuq dik iż-żona se jintefqu ‘l fuq minn 32 Miljun Euro biex issir mina minn taħt l-art minn H’Attard sa Ta’ Xbiex.  Wara bosta studji b’options differenti, intgħazlet l-option l-aktar effettiva, liema option ġiet anke approvati minn team tekniku tal-Kummissjoni Ewropea. Għaddejna mill-process tal-MEPA u mill-process tat-tenders (żewg processi twal hafna !) biex finalment il-Kuntrattur li rebaħ it-tender ingħata perjodu sa mill-1 t’April ta’ din is-sena biex jagħmel studju profond fuq l-aspetti ġeofiżiċi, jagħmel Construction Managment Plan biex ikun approvat mill-MEPA, kif ukoll jagħmel Traffic Management Plan
 
Issa nbeda x-xogħol fuq il-mina li se ssir bejn H’Attard u Ta’ Xbiex, liema mina f'certi partijiet tagħha se tkun saħansitra għolja tlett sulari.  Mina li se tkun twila mal-11 il-kilometru biex tieħu l-ilma li llum jegħrreq Hal-Lija, Balzan, B’Kara u l-Msida. Ma’ din il-mina se tiġi miżjuda mina oħra li tieħu l-ilma jkun ġej minn naħa tal-Kappara - San Gwann, li llum jeghrreq il-Gzira kull meta tagħmel maltempata. L-ilma kollu li jinġabar minn din il-mina se jibda jisbokka ġo Ta’ Xbiex. Il-kuntrattur qiegħed jimxi sew mal-kundizzjonijiet tal-kuntratt u fil-fatt f’dawn il-ġranet beda bl-iskavar għad dahla ta’ l-ewwel mina li tagħti minn H’Attard sa’ Birkirkara. Fil-ġimgħat li għaddew sar ukoll xogħol ta’ tindif mil-kuntrattur f’Wied Inċita kif ukoll inbeda xogħol għad-dħul tal-mina minn Wied Inċita. Fil-ġranet li ġejjin, kif ikun beda l-istadju tat-tħaffir propju tal-mina, il-mezzi tal-istampa se jiġu mistiedna biex jaraw ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett. 
 
Permezz ta’ dan il-proġett għat-taffija tal-għargħar, li mistenni jitlesta kollu fuq perjodu ta' sentejn, se jkun ittripplat ukoll l-ammont ta’ xita li jinħażen peress li minn ġol-mini se jiġi ppumpjat ilma ġol-ġibjuni eżistenti jew oħrajn li se jinbnew. Fil-fatt il-proġett għandu l-potenzjal li jiġbor u jirreċikla mas-700,000 metru kubu ta’ ilma tax-xita.

1 comment:

Unknown said...

Can you please publish the plans for the reservoirs to show how this will effect the water supply of the island...