Dan l-ahhar zort familja b’tifla li ghandha l-kundizzjoni
Down syndrome. Waqt li konna qed
nitkellmu stajt nirrifletti kemm pajjizna mexa ‘l quddiem fil-mod kif nitrattaw
persuni b’kundizzjoni bhal din. Dan kien
possibli wkoll bil-kontribut tal-Assocjazzjoni Down Syndrome f'Malta li
twieldet f’pajjizna madwar 30 sena ilu, meta xi genituri hassew il-bzonn li
jinghaqdu flimkien biex jaqsmu nformazzjoni u esperjenzi u jkunu ta'
appogg ghal xulxin.
Illum persuni li ghandhom Down syndrome huma
rregistrati fl-iskejjel normali u allura qeghdin jibbenefikaw minn edukazzjoni
nklussiva ma' shabhom l-ohra li m'ghandhomx dizabilita'. Dawn l-istudenti Down
syndrome qeghdin ikunu mghejjuna mill-Learning Support Assistants (LSA's) matul
is-snin edukattivi taghhom u dan biex jibbenefikaw kemm jistghu u bl-ahjar
mod possibbli mill-edukazzjoni li joffri pajjizna.
Illum persuni b’Down syndrome qed ikunu
ntegrati wkoll fid-dinja tax-xoghol. Meta titkellem ma’ min qieghed ihaddem lil
dawn il-persuni, kollha jghidulek li x-xoghol li jaghtuk hu xoghol tajjeb
hafna. Huma persuni li l-anqas li jkunu assenti minn fuq il-post tax-xoghol u
li huma habrieka.
Sa ftit jiem ilu, is-sahha taghhom kienet
qeghda tigi segwita mill-istat sal-eta' biss ta' 14-il sena. Grazzi ghall-hidma
ntensiva tal-Assocjazzjoni Down Syndrome, intlahaq ftehim mal-Ministeru
tas-Sahha li permezz tieghu nfethet klinika ghall-adulti li ghandhom Down
syndrome. Din il-klinika, li qeghda tiffunzjona mill-poliklinika ta' B'Kara,
bdiet tilqa' fiha l-ewwel klijenti taghha madwar tlett gimghat ilu. Din il-familja uriet l-apprezzament taghha ghal fatt li issa binthom se tkun tista tkun monitoored b'mod professjonali anke wara l-eta' ta' 16-il sena. Dan is-servizz tahom aktar serhan tar-ras.
Dan is-servizz gie ppjanat u mfassal fuq
livell internazzjonali bil-ghajnuna ta' kuntatti barranin li l-Assocjazzjoni
ghamlet ghal dan il-ghan. Minn hawn inrid irrodd hajr lil din l-Assocjazzjoni
li gharfet tahdem id f’id mal-Gvern biex dawn il-persuni jinghatalhom futur
ahjar.
No comments:
Post a Comment