Sep 19, 2012

Spazju ta' kwalita' fl-Imdina


Il-bierah stajt nara b’ghajnejja kemm avvanza x-xoghol tar-rijabilitazzjoni fuq il-Foss tal-Imdina.  Minn foss li bilkemm kien accessabbli ghan-nies, jew fejn kien kien jintuza biss mill-ftit, mexjin biex nizviluppaw gnien mill-isbah biex jitgawda minn kulhadd matul il-gurnata kollha. Dan huwa  proġett li qed isir b'investiment ta' madwar 1.2 Miljun Ewro u mistenni jkun lest sal-bidu tas-sena d-diehla. 
 
Dan se jkun gnien bi spazju ta’ madwar 16-il tomna art (16,000 metru kwadru) u jibda minn Bieb il-Griegi, sa taħt il-Palazz Vilhena.  Sa ftit gimghat ilu partijiet mill-foss kienu mitluqa b’tennis pitches zdingati u parti konsiderevoli tal-foss kienet mehuda minn ground tal-football. Sakemm jitlesta l-gnien se jitkompla x-xoghol ukoll tar-restawr tas-swar li jharsu fuq il-foss. Ikolli nghid li certi kummenti li jinkitbu fuq l-electronic media verament ikunu minghajr bazi. Wiehed kiteb: “I guess these will be restored after the garden is inagurated damaging and dirtying the quality garden making it inaccessible again.” Le, habib mhux se jsir hekk. Ix-xoghol se jimxi in parallel. Is-sena l-oħra ntemm ix-xogħol metikoluz ta' restawr u konsolidament tas-swar ta' taħt il-Palazz Vilhena u s-sur ta' San Pawl.  
 
L-ghan principali tal-intervent fuq il-foss ma kienx biss li naghtu dak l-ispazju lill-pubbliku bhala gnien izda ridna wkoll nikxfu s-sbuhija tas-swar.  Hafna mis-sigar li kien hemm kienu qed jghattu u jtellfu mill-apprezzament vizwali u s-sbuhija tas-swar. Ghalhekk it-teknici anke wara li studjaw  xoghlijiet ohra li saru madwar swar ohra fil-Meditterranali, pproponew li s-sigar jitresqu lura halli ma jibqghux jghattu u inaqqsu mis-sbuhija tas-swar. Izda mhux talli mhux se nnaqqsu s-sigar talli se nhawwlu ferm aktar sigar milli hemm sa llum.    Wiehed kiteb fuq l-electronic media “mature trees were uprooted and new much smaller sapplings planted”.  Assolutament mhux minnu.  Is-sigar tac-citru li kien hemm gew transplanted, u ovvjament biex isir hekk, ikunu jridu jinzabru.  Meta bdejna naqilghuhom f’Gunju uhud kienu ghaglu biex jiktbu li dawn se jmutu, imma kif setghet jaraw il-gurnalisti b’ghajnejhom dawn ghadhom hajjin b’eccezzjoni ta’ wahdiet. 
 
Iz-zoni miftuha se jkunu miksija bit-turf naturali. L-ilma kollu li nġabar matul is-sena li għaddiet ġie trasferit f'ġibjun li jinsab fil-bitħa tal-Palazz Vilhena. Dan se jservi bħala wieħed mill-ġibjuni ta' riserva għall-ġibjun prinċipali eżistenti li jinsab fil-Foss, flimkien ma' zewgt igwiebi ohra li qed jinbnew bhala parti mill-progett.  Sistema ġdida tad-dawl se tkun qed tikkumplimenta l-proġett sabiex il-Foss ikun imdawwal u aċċessibbli għall-pubbliku anki filgħaxijiet.

No comments: