Feb 23, 2013

Esperjenzi mill-home visits



Dawn huma uhud mill-esperjenzi li gbart minghand in-nies li zort waqt il-homevisits, li ma nistax ninsa. Ftit ezempji: Mort ghand mara f’Tas-Sliema li kienet nurse l-Iskozja ghal hafna snin u kienet mizzewga Skocciz.  Wara li miet zewgha giet lura Malta xi hames snin ilu.  Qaltli:  Isma ha nkellmek bhala nurse u bhala mara ta’ pazjent fl-Iskozja.  Ma nistax nifhem ghaliex certi Maltin igergru fuq is-sistema tas-sahha hawnhekk.  Nista nghidlek li s-sistema tas-sahha f’Malta hija superjuri sew ghas-sistema tas-sahha fir-Renju Unit. 
 
Mort ghand anzjan ta’ ‘l fuq minn 80 sena mill-Imsida.  Kif dhalt qalli:  “Isma jien dejjem ivvutajt Labour imma din id-darba ghall-ewwel darba se nivvota PN.”  Staqsejtu ghaliex.  U qalli espressjoni li ma nistax innehhi minn mohhi.  Biex inkun onest qatt ma kont ghedna smajtha dik l-espressjoni.  Qalli: “Kif nista narmi s-shih mar-rih?!  Kif qieghed naf.  Ghax qieghed tajjeb meta tikkonsidra xi gralhom anzjani ohra barra minn Malta u allura ghaliex se nissogra dak li ghandi.
 
Iltqajt ma’ accountant zghir waqt home-visit f’San Gwann.  Spicca mill-Universita’ 4 snin ilu u llum diga jimpjega 4 accountants ohra.  Qalli li ma jistax ilahhaq max-xoghol.  Qed jaghmel hafna xoghol ghal Taljani li qed jinvestu flushom f’Malta. Gergirli li qed isib diffikulta jsib zewg accountants ohra.  Qalli “Naf li qed jigradwaw hafna imma l-kompetizzjoni hija qawwija wisq.  Dawk li jigradwaw l-ewwel imorru ma’ Audit Firms kbar inkella Betting Companies u l-kumpaniji zghar bhal tieghu qed isibu diffikulta jsibu n-nies li ghandhom bzonn.
 
Il-bierah immur ghand kopja zghar f’Pembroke.  Qaltli: “Kelli lit-tifla f’nursery school  privata imma ma kontx kuntenta bis-servizz li kont qed ninghata. Bghattha fl-iskola tal-Gvernu u verament ninsabu kuntenti. Skola bellezza u ninsabu mpressjonati bis-servizz”.  Fl-istess gurnata fl-istess local immur ghand kopja b’zewgt itfal.  Ghandhom tifla l-MCAST fil-kors tal-Arts and Design.  It-tifla kienet hemm ukoll u qaltli li verament kuntenta bil-kors li qed issegwi.  Ommha qaltli “X’xorta ghandhom it-tfal ta’ llum ! Fi zmieni jekk ma tghaddix mill-O’Levels ma kellekx ghazla hlief li tmur tahdem.  Illum anke jekk ma jgibux O’Levels bizzejjed biex imorru s-Sixth Form u l-Universita’ xorta jistghu jkomplu jistudjaw”.  
 
Esperjenzi posittivi.  Ma jfissirx li ma’ kull min iltqajt kulhadd kien posittiv.  Smajt bi problemi. Ftit li xejn imma lmentaw mill-oqsma tax-xoghol, edukazzjoni u sahha.  L-oqsma li huma l-qofol tal-hajja tal-familji. Gergruli l-aktar fuq inefficjenzi u burokrazija zejda.  Ohrajn ilmentaw minn affarijiet li l-valur taghhom zgur ma jhabbatiex ma’ dak li jtejjeb il-hajja taghna lkoll. Lil dawn l-appell tieghi hu wiehed:  jista’ jkun li ghandkom ragun imma nitlobkom taraw l-istampa shiha. Il-mizien tal-PN imiel zgur lejn it-tajjeb.  Minkejja certi nuqqasijiet, dan hu partit li kompla jassigura dak li hu priorita’ ghal hajjitna.

No comments: