Jien wieħed
minn dawk li nemmen ħafna fiż-żjarat fid-djar għax iżommuk vicin in-nies. Tajjeb li naraw lil dawk li jiġu jkellmuna
fl-ufficcju tagħna, imma aktar importanti li nżommu kuntatt ma’ dawk li qatt ma
jiġu jħabtulna l-bieb. Għax b’hekk biss nifhmu ir-realta’ tal-familji tagħna,
li difficli tifimha mis-siġġu tal-ufficcju tiegħek u mis-siġġu
tal-Parlament. Nitgħallem minn għandhom
għax jagħtuk feedback fuq dak li
nkunu qed inwettqu u saħansitra jagħtuk ideat għal inizjattivi ġodda. Fuq kollox jgħinuk dejjem aktar tifhem
il-prioritajiet tal-familji.
Ma nemminx
fiż-żjarat fejn tidħol u toħroġ f’ħames minuti, imma niprova nagħti ħin biex
insir naf lill-familja u nagħtihom cans jesprimu ruħhom. Nipreferi l-kwalita’ mill-kwantita’. Ovvjament dik għandha l-iżvantaġġ li ma
tilħaqx tara familji daqs kemm wieħed ikun jixtieq li jagħmel, imma
l-esperjenza urietni li hekk l-aħjar. Fil-verita’ minn meta bdiet il-kampanja
elettorali l-aktar li qed inkopri huma areas li ma kontx koprejt matul il-ħames
snin li għaddew.
Se nagħmel
ħilti kollha biex kemm jista’ jkun nkopri aktar familji imma mhux possibli nżur
lil kulħadd. Għaldaqstant minn issa nixtieq niskuża ruħi ma’ dawk il-familji li
mhux se nkun laħħaqt niġi għandhom sa dakinhar tal-elezzjoni imma nwegħdhom li
jingħataw priorita’ hekk kif nerġa nibda nħabbat il-bibien wara din
l-elezzjoni. Iva. Jiġri x’jiġri
fl-elezzjoni f’Mejju ta’ din is-sena nerġa nkompli nħabbat il-bibien.
No comments:
Post a Comment