Apr 29, 2013

Strada Stretta


Kont ili hafna zmien ma nghaddi minn Strada Stretta.  Imma dan l-ahhar peress li qed inkun hafna aktar l-Belt fettilli nghaddi minn hemm u bqajt impressjonat bil-qabza ta’ kwalita’ li rajt. Ghal zmien twil din kienet triq mitluqa ghall-ahhar.  Niftakar li meta kont izghar biex immur l-ufficcju tal-SDM li kien fi Triq it-Teatru kantuniera ma’ Strada Stretta, kont nibza waqt li nghaddi minnha.  Hmieg u telqa kbira.   Postijiet mitluqa, specjalment fil-bicca bejn Vincenti Buildings u Triq l-Arcisqof. 

X’differenza issa. Twieldu mill-gdid bosta hwienet, restaurants u estensjonijiet ta’ stabbilimenti kummercjali.  Hemm attivita’ ekonomika gdida li tat il-hajja lil din it-triq.  Hemm illum ukoll ufficini, bosta minnhom ta’ kumpaniji ta’ avukati (legal firms).  Dan l-ahhar dhalt f’wiehed minnhom li verament sabih.  Qieghed f’din il-binja mill-isbah li giet rinnovata dan l-ahhar.  U tista tara int u mixi hemm li ghaddej ukoll bosta xoghol ta’ restawr u rinnovament f’din it-triq.  Hadu wkoll vantagg mill-incentivi li tajna matul l-ahhar snin biex wiehed jirrestawra bini antik.

Kont ili nghid li bl-upgrading ta’ Piazza San Gorg li sar madwar 4 snin ilu, certament li b’mod naturali se jkollok l-evoluzzjoni ta’ Strada Stretta.  Bil-piazza hajja l-hin kollu, zgur li kien se jkollok domanda ghall-attivita’ erba’ passi ‘l boghod minnha.  Ghen mhux ftit ukoll il-pavimentar gdid li sar tul din it-triq kollha.  Qabel kont ridt tara sew fejn int mixi ghax malajr tohodha ghal wiccek ! Bil-mod il-mod din it-triq qed issir bejta ta’ attivita’ u jekk tibqa tizvolgi bl-istess ritmu m’ghandix dubju li ssir mill-gdid wahda mit-toroq l-aktar imfittxija tal-belt kapitali taghna.

No comments: