Issa li
waslet fi tmiem taghha t-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi fil-PN tajjeb li wiehed
jirrifletti fuq it-tmexxija tieghu.
Ghalija Lawrence Gonzi jibqa marbut ma’ tlett fatti l-aktar importanti. L-ewwel: il-hidma biex pajjizna addotta
l-Euro bhala l-munita ta’ pajjizna.
Niftakar sew il-laqgha tal-Kabinett ta’ meta saret din il-proposta. Kien qalilna bl-aktar mod car dak li riedna
nghaddu minnu biex nilhqu r-rekwiziti halli nikwalifikaw ghall-Euro. Imma kien qalilna, qiesu kien imnebbah b’dak
li kellu jigri snin wara, li pajjizna ghandu bzonn jankra ruhu ma’ munita u
sistema b’sahhitha f’kaz li xi darba jfegg maltemp finanzjarju.
It-tieni
fatt li norbot ma’ Lawrence Gonzi hija l-kapacita’ tieghu biex isuq il-vapur
jismu Malta fl-aghar maltemp ekonomiku li laqghat lid-dinja fl-ahhar kwazi 100
sena. U kien maltemp qalil hafna li
halla ugigh kbira f’bosta pajjizi. Mhux
biss ugiegh ekonomiku imma fuq kollox ugiegh socjali kbir li ghadu ghaddej sa
llum. U zamm dan il-vapur ghaddej ghax irnexxielu jifhem minn kmieni
x’decizzjonijiet iebsa pajjizna kellu jiehu biex inaqqas b’mod qawwi l-mazra
tas-sussidji f’azjendi li kienu qed jixorbu l-miljuni tat-taxxi tal-poplu. Ha
d-decizzjonijiet iebsa imma dejjem baqa sensittiv ghal faxex socjali l-aktar
batuti, specjalment fil-generazzjoni ta’ impjiegi. Il-fatt li qabel kien
Ministru ghall-Politika Socjali zgur li ghenitu. Kien bniedem ta’ riforma ghax
trasforma lil pajjizna bl-aktar mod qawwi f’pajjiz modern fl-ewwel perjodu
tal-esperjenza taghna bhala membri tal-Unjoni Ewropea, specjalment fil-qasam
tas-sahha, edukazzjoni u ambjent.
It-tielet
haga li norbot ma’ Gonzi hija d-determinazzjoni tieghu li jsuq lil pajjizna
fil-bahar tal-problemi finanzjarji u ekonomici, fl-istess waqt li kien
iffaccjat bl-aghar forma ta’ dissens politiku fil-partit tieghu stess minn
persuni li tajjeb jew hazin kien iddefenda hu stess fl-imghoddi mill-attakki
tal-partit oppost. U minkejja li mbaghad
spica hu attakkat minn dawn il-persuni, qatt ma nafu jlissen kliem ta’ disprezz
fil-konfront taghhom anke meta kellu l-armi kollha biex jumiljhom jew jisfidhom
pubblikament. Kellu dixxiplina kbira
fuqu nnifsu, tant li kien anke darba lissen li kien jipreferi li jkun umiljat
hu, milli jara lill-pajjizna jkun umiljat kif kienu qed ikunu umiljati tant
pajjizi ohra.
Il-koncentrazzjoni
tieghu fuq il-hidma tal-gvern telfitu izda mbaghad milli jaghti l-ahjar tieghu
ghat-tmexxija nterna tal-partit. Ma
hasibx bizzejjed kif isahhah il-partit biex jiggieled l-elezzjoni generali, li
bilfors kellha tkun l-aktar wahda difficli.
Kienet kemm kienet tajba l-performance tal-gvern, kien bilfors naturali
li wara 15-il sena fil-gvern il-poplu kien se jitlob bidla fit-tmexxija. L-ebda gvern qatt ma kien ghadu rebah tlett
elezzjonijiet wara xulxin. Ghamilha hu
fl-2008 imma kien difficli hafna li l-PN jirbah ir-raba elezzjoni in fila, anke
ghax kien evidenti li minkejja r-rizultati ekonomici posittivi, il-gvern kien
ha numru ta’ decizzjonijiet strategici li holqu antagonizmu qawwi
mal-elettorat. Imma anke meta tlifna b’numri kbar, assuma hu bl-akbar umilta’
r-responsabilita’ tat-telfa elettorali.
Fil-granet li gejjin se nitilfu t-tmexxija tieghu izda l-ezempju tieghu
jibqa maghna.
1 comment:
Ragel ta' veru u Prim Ministru li ghamel gieh u gholla isem pajjizu. Hasra li l-egoizmu ta' xi whud fil-partit tieghu stess kienu determinanti fil-waqa' tieghu. Pero z-zmiem lilu ghadd jghollih u minn kassbru lilhom ibaxxihom!
Post a Comment