Oct 18, 2013

Il-konsulent blacklisted tal-PM

Sa 7 xhur ilu konna nisimghu minghand Joseph Muscat : “gvern immexxi minni jkun gvern nadif, gvern trasparenti, gvern li ma jqabbad lil ħadd li jkun fuq il-lista s-sewda ta' organizzazzjonijiet ewlenin bħall-Bank Dinji.” 
 
U mbaghad niskopru li l-gvern ta’ Joseph Muscat tliet xhur biss wara l-elezzjoni ingagga mieghu b’ittra persuna li gie darbtejn blacklisted mill-Bank Dinji (World Bank). Ingaġġa baxx baxx lil Shiv Nair, persuna reġistrat l-Ingilterra imma fil-fatt Indjan – biex iressaq lill-prim ministru u lill-ministri tiegħu quddiem negozjanti u kumpaniji barranin.  
 
Shiv Nair li akkumpanja lill-Ministru Konrad Mizzi fiz-zjara tieghu fil-Qatar.  Meta ghamilt il-mistoqsijiet fil-Parlament, kemm il-Prim Ministru kif ukoll Chris Cardona kienu evasivi.  Ippruvaw jaghtu l-impressjoni li ma jafu xejn.  Muscat qalilna li ma kienx jaf li Nair kien blacklisted.  Anzi mar oltre u l-Prim Ministru Muscat sahansitra qalilna li hu qatt ma ltaqa ma’ Shiv Nair.  Nemmnuh ?!  Jien wasalli ghal widnejja li Joseph Muscat iltaqa diversi drab ma’ Shiv Nair fil-passat.  Liema verzjoni se nemmen ?   
 
Shiv Nair midhla ta’ bosta gvernijiet tat-tielet dinja fejn id-demokrazija ghadha qatt ma hadet ir-ruh u fejn il-korruzzjoni hija l-ordni tal-gurnata. Nair hu dikjarat korrott u frodist fuq il-lista s-sewda għal għomru mill-World Bank. Frodist u korrott bid-dikjarar tal-istess istituzzjoni ewlenija dinjija li kien semma Muscat.  U jigi l-Prim Ministru jghidilna biex inserrhu rasna ghax dan se  jitħallas biss is-somma miżera ta' 6,000 ewro – lanqas daqs kemm il-mara tal-ministru Konrad Mizzi se titħallas kull ħmistax. Hemm hafna mistoqsijiet u ahna fid-dmir li naghmluhom.  Imma aktar minn kollox Joseph Muscat u shabu fid-dmir li jwegbuhom. 

No comments: