
Meta tiftakar fi statements bhal dawn bilfors li
jiguk mistoqsijiet bhal dan il-famuz ftehim meta beda jigi diskuss u min ghamel
l-ewwel approach ? S’issa kellna diversi
risposti. Min qalilna li kienu c-Cinizi
li pproponew u min qalilna li kien il-Gvern ta’ llum li ghamel l-ewwel
kuntatt. F’risposta ghal mistoqsija
parlamentari li ghamilt jien, il-Ministru Konrad Mizzi qalli li n-negozjati
bdew f’April ta’ din is-sena. Imbaghad
fl-istess mistoqsija tlabtu wkoll jghidli min kienu l-persuni nvoluti fin-negozjati
minn naha tal-Gvern Malti u tal-Enemalta.
Imma fuq din ma wegibniex. Addio
trasparenza. Se nkompli ninsisti ghal risposti. Fin-nuqqas ta’ risposti mhux
naturali li wiehed jahseb hazin ?
Wara l-istqarrija li kellna t-Tnejn li ghadda
mill-Prim Ministru ghamilt diversi mistoqsijiet fl-intervent tieghi
fil-Parlament. Fost affarijiet ohra
staqsejt: Kien hemm gvernijiet jew
kumpaniji ohra li gew ikkuntatjati biex wiehed jara jekk humiex interessati
huma wkoll li jiehdu sehem fl-Enemalta ? Meta se se jkun pubbliku l-Memorandum
of Understanding ? Ghaliex intghazlet
ic-CPI minn tant kumpaniji Cinizi meta din hi kumpanija li l-aktar li hija
mixhuta hu fuq generazzjoni ta’ energija mill-faham ? Il-Gvern issa komdu li se jsir minority
stakeholder fil-generazzjoni tal-energija f’pajjizna ?
Komplejt staqsejt: Kemm se jkun il-persentagg
tas-sehem Ciniz fl-Enemalta ? Il-Gvern
jikkunsidra li jbiegh ishma ohra fl-Enemalta ? Peress li l-Enemalta hu
kkalkulat li ghanda mal-Biljun Euro bhala assi, se jsir due diligence tajjeb halli
wiehed ikun jaf preciz x’se jkun is-sehem Ciniz minn dawn l-assi ? L-investiment
Ciniz kif se jsir se jkun forma ta’ increased share capital fl-Enemalta jew
il-Gvern se jbiegh parti mis-shares tieghu u l-miljuni johodhom il-Gvern ? Ovvjament
il-mistoqsijiet ghamilthom imma r-risposti ma gewx !
No comments:
Post a Comment