Oct 17, 2013

Jiftahru b'xoghlna

Kemm hu sabih tiftahar bix-xoghol li jkun lestilek haddiehor !  Hekk ghamel f’zewg okkazzjonijiet il-Ministru Joe Mizzi.  Fl-ewwel kaz ikun dak marbut mal-electric vehicles.  Gie ntervistat mit-TVM u tghidx kemm ftahar b’din l-inizzjattiva.  Nista nghidilkom li ma harrikx sebgha wiehed f’din l-inizjattiva.  Kien kollox lest.  Applikajna ghal fondi ahna, iddisinjajna l-inizzjattiva ahna ghal Programm Life+, anke wara kuntatti li konna ghamilna ma’ azenzija Portugiza li hadet ipromoviet esperjenza simili u tlestew d-dokumenti kollha ghat-tenders fi zmienna.  U rnexxielna ahna ngibu kwazi 2 Miljun Euro ghal dan il-progett. Imbaghad gie jiftahar qiesu ghamel kollox hu jew sar kollox fl-ahhar 7 xhur. Sfortunatament il-process kien twil anke ghax ftit kienu l-kumpaniji li kienu rrispondew ghall-ewwel sejha u kellna nergghu nohorgu sejha ohra fil-bidu ta’ din is-sena.
 
Il-verita hi li konna ahna li hadna l-inizjattiva biex ingibu l-fondi ewropej biex jinxtraw madwar 24 vettura ta’ daqsijiet u għamliet differenti biex jitqassmu lil persuni minn mixjiet differenti tal-ħajja (wara proċess tal-għażla trasparenti) u xi dipartimenti tal-gvern għal madwar sena kif ukoll ninstallaw mitt charging point madwar Malta. Dan sar biex il-gvern ikun jista jevalwa l-esperjenza ta’ dawn in-nies u jikkomunikaha lill-pubbliku biex juri li t-trasport b’vetturi eletriċi, li llum jħabbtuha ma’ vetturi normali li jaħarqu l-petrol jew id-diesel huma alternattiva vijabbli u b’hekk in-nies jitħeġġu jixtru minnhom. B’hekk nikkontribwixxu biex ikollna iktar arja nadifa billi nnaqqsu t-tniġġis mid-dħaħen tal-karozzi, u nnaqqsu l-impatt tat-trasport privat fuq il-bidla fil-klima. 

L-istess ghamel il-Hadd li ghadda meta mar jitkellem fl-okkazzjoni tal-bidu tax-xoghlijiet ghall-estensjoni tal-facilitajiet ghall-Football Nursery ta’ San Gwann. Qal li ahna m’ghamilna xejn u huma hadu l-inizjattivi kollha ! Disinji tlestew fi zmienna anke bl-ghajnuna tal-FTS (Foundation for Tomorrow’s Schools) u hrigna t-tender ghax-xoghlijiet ahna.  In-numru tat-tender huwa MRRA/W 674/2011/2 u gie aggudikat ukoll fi zmienna.  Qal li ma konniex ivvutajna flus.  Il-Ministru Mizzi ghadu sa llum 7 xhur wara li sar Ministru ma jafx li inizjattivi bhal dawn jaqghu taht vot wiehed ez. Enhancement of Public Areas Vote u ma jkunux imsemmija wiehed wiehed fil-budget !  Insomma bhas-soltu, biex imaqdru l-ewwel li ssibhom imma s’issa ftit li xejn hadu inizjattivi anzi qatlu inizzjattivi bhall-progett tac-Centru Civiku u Gnien akbar ghal San Gwann !  Imma dak diga nsih il-Ministru Joe Mizzi !

No comments: