Oct 2, 2013

Se jinzamm il-momentum ?

Awwissu kien xahar iehor record ghat-turizmu f’pajjizna.  Pajjizna jibqa dejjem sejjer ahjar sena wara l-ohra.  Sinjal tajjeb ghall-pajjizna.  Ahbar tajba wkoll ghal dawk li jinvestu f’din l-industrija.  Fuq kollox ahbar tajba ghal ‘l fuq minn 20,000 haddiem li jaqilghu x’jieklu minn dan is-settur b’mod dirett jew indirett. 

Ir-rekord ta’ din is-sena huwa rizultat dirett tax-xoghol li sar f’pajjizna fl-ahhar snin.  Gvernijiet differenti immexxija mill-PN investew bis-sahha fil-qasam tat-turizmu.  Michael Refalo jibqa jitfakkar bhala l-Ministru li kellu l-vizjoni biex dan il-qasam jaghmel qabza ta’ kwalita’ f’pajjizna.   Kien hu li rega fetah l-Istitut ghall-Istudji Turistici (ITS), waqqaf l-Awtorita’ ghat-Turizmuu stinka bla heda biex infethu bosta lukandi 5 Star f’perjodu relattivament qasir. Il-wirt u l-passjoni tieghu lejn dan is-settur baqghu  jispiraw l-Ministri kollha li gew warajh, anke dawk li ma kienux Ministri tat-Turizmu . 

Ix-xoghol li wettaqna jien u Ninu Zammit fil-qasam tar-restawr u progetti ta’ tisbih jafu wkoll il-genesi taghhom f’din il-passjoni li l-mexxejja tal-PN dejjem kellhom lejn il-qasam tat-turizmu, biex dan il-gojjell ta’ pajjiz nohorgulu l-ahjar tieghu ghalina u ghal dawk li jzuruna.  Infaqna miljuni kbar fuq il-Belt Valletta, l-Kottonera u l-wirt storiku kbir li ghandna bhas-swar, palazzi, spazji pubblici ohra u kwalita tal-bahar li jdawwarna.  Investejna l-fondi tal-UE b’mod tajjeb halli dan il-qasam ikompli jassigura l-impjiegi. 

Matul l-ahhar legislatura, taht il-gwida ta’ Mario Demarco, it-turizmu ghamel qabza ta’ kwalita’ ohra.  Nies fl-industrija jghidulek li qatt ma jiftakru zmien daqshekk tajjeb.  Il-Gvern prezenti ghadu mixi fuq il-momentum tal-azzjoni tal-Gvern matul is-sena l-ohra.  Imma dan il-Gvern ma jistax iserrah fuq dak il-momentum.  Irid jara li jiehu inizzjattivi godda.  Sa llum sfortunatament kwazi ma smajna xejn gdid. Il-famuza roadmap tal-Labour ghal dan il-qasam jidher li sparixxiet ! 

No comments: