Oct 4, 2013

Xejn m'hu xejn !


Qabel Marzu ta’ din is-sena kellna l-Partit Laburista – Verzjoni 1 issa ghandna l-Partit Laburista – Verzjoni 2.  It-tieni verzjoni mhux talli ma tikkumplimentax l-ewwel verzjoni talli ssir il-verzjoni tal-Labour tas-sebghinijiet u tmeninijiet.  Abbuz tal-poter galore !  Qabel l-elezzjoni smajna lil Joseph Muscat u shabu jipriedkaw fuq it-trasparenza, l-meritokrazija u l-gustizzja.  Issa ghandna habi, marriedokrazija u abbuz ta’ poter ! Muscat kien jghidilna li se jmexxi gvern ta' ndafa politika assoluta, fejn hadd mill-Ministri tieghu ma jaqla arlogg mahdum minn dilettanta !  Qabel l-elezzjoni kien wegħedna li se nibdew nagħżlu aħna stess lin-nies f'ħatriet għoljin b'votazzjoni fuq l-internet. 
 
Issa ghandna l-Ministru Konrad Mizzi li Joseph Muscat appuntalu lill-martu mal-Malta Enterprise minghajr lanqas biss sejha pubblika. Ta lil mart Konrad Mizzi r-rank ta' ambaxxatriċi bi ħlas rappurtat fit-Times għal 100-elf ewro fis-sena u b'perkaċċi kbar għall-ivvjaġġar u l-kiri f'Shanghai. Konrad Mizzi għadu qed jirrepeti li ma kien jaf xejn fuq l-ingaġġ tal-mara. Xi ħadd jemminha din ? 
 
Qabel l-elezzjoni qalilna li lest jahdem ma’ kulhadd !  Tela fil-gvern u beda jaqta l-irjus anke ta’ Laburisti li kif kien dmir taghhom bhala impjegati tac-Civil ghamlu xogholhom taht il-Gvern precedenti.  Jekk m’intiex tal-qalba u lest toqghod ghall-ordnijiet ma hemm post ghalik.  Tajjar lill-Kummissarju tal-Pulizija. Kumbinazzjoni s-Sur Rizzo kien se jipprocedi kontra l-ex Kummissarju Ewropew John Dalli li llum huwa ufficjalment konsulent tal-istess Muscat.  Imbaghad imma l-Kummissarju l-gdid mahtur minn Joseph Muscat u Manuel Mallia ghax kien jassisti lill-partit taghhom, biddel il-konkluzzjoni tat-team investigattiv u qal li ma hemmx kaz biex jipprocedi kontra Dalli.  Jekk din mhix xamma ta’ ndhil fil-kors ta’ investigazzjoni, x’ikun ndhil ? 
 
L-istess intricci ta’ kolp ta’ stat abjad sar fl-Armata.  Riedu jappuntaw lil tal-qalba.  Lil wiehed sahansitra tawh promotion u wara gimgha tawh promotion ohra.  Express service jaghtuk jekk int tal-qalba !  Jidher li l-Kap Kmandant li kien hemm ma kienx lest jaccetta abbuzi bhal dawn u warrab. Lil min ma warbilhomx, dejquh jew ikkastigawh bizzejjed biex irrizenja minn jeddu, kif ghamel il-Kurunell David Attard.  
 
Hafna nies emmnu s-slogans ta’ Muscat u shabu.  Uhud riedu bidla.  Imma zgur li hafna minnhom ma riedux bidla li tiehu lil dan il-pajjiz ghas-snin sebghin u tmenin.  Ghaddejn dan kollu u ghal Muscat xejn mhu xejn ! Hemm min jghid li Joseph Muscat ossessjonat b’Duminku Mintoff, imma qatt ma kont nemminha, wisq anqas kont nemmen li se juza metodi simili imma aktar puliti minn dawk ta’ Mintoff biex fi zmien relattivament qasir jitfa lill-pajjizna minn fejn bdejna fl-1987.  Miskin tassew dan il-pajjiz !   

No comments: