Ix-xiri taċ-ċittadinanza
Ewropea tagħna l-Maltin mill-baranin, li l-gvern ta' Joseph Muscat qed
jipproponi, hu xempju tal-faqar tal-ideat ta’ dan il-gvern. Gvern li jara kollox
flus. Oġġetti u servizzi li jinxtraw bil-flus hawn ħafna, imma hawn valuri li
ma jinxtrawx bil-flus għax huma imprezzabbli u allura ma taghtihomx prezz.
Ix-xiri tac-cittadinanza hu mera ta’ kif jahsbuha Joe Muscat & Co. Jahsbu li kollox u kulħadd jixtri u jinxtara.
X’assurdita’
jsejhu l-programm Investors Programme meta kull ma hu huwa Buyers Programme
! Anke fl-isem jipruvaw iqarrqu. X’se jkunu nvestew ? Se jhallsu €650,000 biex jixtru c-cittadinanza
Maltija, cittadinanza Ewropea. X’ironija
dak li tant kien kontra li pajjizna jidhol fl-Unjoni Ewropea issa qed ibiegh
ic-cittadinanza Maltija bir-ribass ghax issa din sar fiha valur galadarba ahna
parti mill-Unjoni Ewropea u qeghdin fis-Shengen area. Ara veru nies li ma jafux jisthu !
U mbaghad
minn se jinghata c-cittadinanza ghax jiflah ihallas €650,000 se jibqa
mistur. Ismu mhu se jkun jafu hadd ! U
jigu jbelluhilna li jemmnu fit-trasparenza.
Kollox iridu jahbu kif ppruvaw jahbu li qabdu bhala konsulent lil Shiv
Nair, frodist u korrott, blacklisted darbtejn mill-World Bank. U jekk harbilhom dan, x’assikurazzjoni
ghandna li ma jaharbulhomx skoss frodisti ohra li ghandhom minn fejn jixtru
c-cittadinanza Maltija biex kif qalilna l-Ministru Mallia fil-Parlament
jifrankaw it-taxxi li jhallsu f’pajjizhom illum ! U issa lanqas biss se nkunu nafu min huma,
ahseb u ara kemm se nkunu nistghu niccekjaw ahna fuqhom.
Din hija
skema li taghmel hsara lir-reputazzjoni ta’ pajjizna. Biex jidhru sbieh jghidulna li pajjizi ohra
Ewropej ghandhom Investors Programme marbut ma’ residenza. Imma qed iqarrqu ghax din li ghamlu huma hija
biss Buyers Programme ! Isemmu
l-Awstrija, imma hemmhekk trid tkun ghamilt investiment ta’ mhux anqas minn €10
Miljun.
L-iskemi
li ghamlu 3 pajjizi tal-Karibew, Antigua, St.Kitts u Dominican Republic huma
ahjar minn din l-iskema. Dawn ghallanqas
ghalkemm ibieghu c-cittadinanza ma tawx l-process tal-ghazla lill-kumpanijia
privata u fuq kollox ma tawx l-esklussivita’ lill-kumpanija wahda, Henley &
Partners. Din il-kumpanija ha tiehu commissions ta' ghexieren ta' eluf ta' euro
u qabel mal-Oppozizzjoni nghatat kopja tal-Abbozz kienu diga hargu l-inviti
minn din il-kumpanija ghal seminar li sar illum f'Londra fejn mar Muscat. Anke qabel
ma l-Parlament beda jidduskutiha kienu bdew ibieghuha fir-Russja.
Reputazzjoni
tajba ddum tibniha s-snin, imma twaqqagħha f'ġurnata waħda. Qalilna li jridna l-aqwa fl-Ewropa. Imbaghad qed igibna aghar mill-pajjizi tal-Karibew
! U dan kollu biex idahhal €30 Miljun
ta’ malajr. Fi zmien Mintoff konna
nittalbu lill-pajjizi barranin, issa spiccajna nbieghu c-cittadinanza ta’
pajjizna fuq il-monti ta’ Miami. Mhux
kapaci jikrea l-gid mit-tkabbir ekonomiku, allura spicca jumilja lill-pajjizna
bi skema fejn ibiegh ic-cittadinanza ta’ pajjizna. Tal-misthija !
No comments:
Post a Comment