Ic-caqlieq li thabbar nhar
is-Sibt fil-Korporazzjoni Enemalta u fil-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma
(WSC) huma kollha rizultat tal-htiega tal-Gvern li jsalva l-interessi tan-nies
tal-qalba tieghu aktar milli jfittex l-interess tal-Korporazzjonijiet statali.
Il-musical chairs li
thabbru jafu l-genisi taghhom fil-WSC. F'din il-Korporazzjoni kien inbena fi
ftit xhur antagonismu qawwi bejn ic-Chairman Tony Meilaq u c-CEO Frederick
Azzopardi (ara ritratt), li kien inhatar minghajr sejha pubblika. (Frederick Azzopardi huwa Kunsillier tal-PL fuq l-Imdina.) Dan il-fatt kont
semmejtu waqt id-dibattitu tal-Estimi tal-Ministeru tal-Ministru Konrad Mizzi.
Dakinhar kont staqsejt kemm-il darba kien iltaqa l-Bord tal-WSC ghax kien hemm
ghajdut li l-Bord mhux jitlaqqa ghax kien hemm problemi kbar bejn ic-Chairman u
c-CEO tal-istess Korporazzjoni. Dakinhar il-Ministru Konrad Mizzi pprova
jirredikola l-mistoqsija tieghi.
Gara li ftit granet biss
wara gurnal lokali rraporta li c-Chairman tal-WSC Tony Meilaq, li kien ukoll ic-Chairman tal-ARMS kien
irrizenja, liema rizenji gew ikkonfermati nhar is-Sibt li ghadda. Jinghad li saru sforzi biex jikkonvincu lil
Meilaq biex ma jimbarazzax lil dan il-Gvern li diga f'temp ta' 8 xhur hatar
zewg Chairmen u zewg CEOs tal-ARMS wara li rrizenjaw l-istess nies li hatar dan
l-istess Gvern !
Il-mossi tas-Sibt jikkonfermaw
li ghal dan il-Gvern il-meritokrazija ma tfissirx li tilhaq ghax ikun haqqek
izda tilhaq ghax tkun tal-qalba. Jidher car issa saret prassi ta' dan
il-Gvern li jahtar CEOs, minghajr sejha pubblika, u minflok ipoggi nies tal-qalba
li jkunu servew lill-PL diga. Mhux ta’ b’xejn li anke l-Editur
tal-MaltaToday, Saviour Balzan, spicca kiteb hekk : "Under Muscat's watch, there has not been a single call for a bloody
chief executive and really, all this talk of "Malta Tagħna Llkoll" is
turning out to be downright offensive: a sick joke that won't go away. It is
sad that Muscat believes he can get away with murder."
No comments:
Post a Comment