Imma il-Gvern il-gdid
tal-Labour lanqas inizzjattiva bhal din ma hamel. B'vendikazzjoni u b'pika qed jekridha. Beda
f'Mejju meta baghtu ittra lil dawk li ghandhom allotment jghidulhom li meta
jiskadi t-terminu taghhom se jkollhom jitilqu mill-Ghammieri u jmorru f'bicca
art gewwa Bulebell vicin iz-Zejtun. Min kiteb l-ittra qallhom li "minn
dejjem kien il-hsieb li l-progett imur barra l-Ghammieri". Mhux veru. Din
l-art f'Bulebell konna sibniha biex nakkomodaw aktar nies li kienu applikaw
ghal din l-inizzjattiva li sa dak iz-zmien konna ma stajniex nakkomodaw. Imma
ras kbira jidher li sabbat saqajh u ghaddiet tieghu. Ma ridhomx hemm allavolja
s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes kien qal li ridhom jibqghu. Imma tar-ras kbira ghaddiet. Roderick Galdes
baxxa rasu !
Ftit tal-gimghat ilu mbaghad
ghamlu pass iehor biex jeqirdu ghal kollox din l-inizzjattiva. Temmew
il-kuntratt ta' servizz tal-koordinatur tal-inizzjattiva. Bghatulu ittra jghidulu li se jwaqfulu
l-kuntratt tieghu b'effett immedjatament mill-ghada ! Lanqas kieku seraq ma
taghmillu hekk persuna. Dakinhar li rcieva l-ittra kien diga ntemmlu
l-kuntratt. Lanqas sens ta' dicenza ! U
mbaghad tal-Labour qabel l-elezzjoni kienu qalulna li se jkunu posittivi u
jibnu fuq dak li sar tajjeb. U halluna ! Anke inizzjattiva posittiva bhal din
qed jeqirdu. Fost dawk li hadmu l-art hemm anke nies li vvutaw Labour ghax ahna
ma konniex naghzlu kif jaghmlu huma. U anke dawn huma ddisgustati. Bosta
kkuntatjawni biex jesprimu l-ghadab taghhom.
No comments:
Post a Comment