Nov 27, 2013

Cans perikoluz ?


Mad-daqqa t’ghajn il-ftehim mal-Iran jidher bhala pass posittiv mhux biss ghar-regjun tal-Lvant Nofsani imma ghad-dinja kollha. M’huwiex minghajr riskji. Meta tidhol fil-fond u tixtarr ir-reazzjonijiet tad-dinja Gharbija ghall-ftehim, tinduna li dan il-ftehim jaf ikun ta’ theddida ghall-istatus quo li kulhadd kien dara bih fir-regjun.
 
L-Iran ghandu 85 Miljun ruh.  L-Gharabja Saudita ghanda 20 Miljun.  L-Gharabja Saudita ghandha l-akbar riservi ta’ zejt u gas fil-Lvant Nofsani.  L-Iran ghandu ftit anqas.  Jekk  jitnehhew is-sanzjonijiet fuq l-Iran, l-Iran jirnexxielu jiehu market share anke tas-Saudi ?  Il-Golf Gharbi huwa primarjament Sunni, filwaqt li l-Iran huwa Shiita.  L-Iran qed jizviluppa it-teknologija nukleari.  L-Gharabja Saudita xejn.  Dawn huma ftit fatti li wiehed irid izomm quddiem ghajnejh biex jifhem ir-reazzjoni ta’ whud mill-pajjizi Gharab ghal ftehim ta’ 6 pajjizi tal-punent mal-Iran biex inaqsu parti mis-sanzjonijiet sakemm l-Iran jitfa fil-genb il-kapacita’ tieghu li jizviluppa l-bomba nukleari.
 
Jekk jintlahaq ftehim ahhari mal-Iran, ghax dak li ghandna sa llum hu ftehim preliminari, allura nistghu nghidu li jkun sehh l-akbar terremot minn meta sar il-ftehim ta’ Camp David u r-Rivoluzzjoni Islamika tal-istess Iran. Il-hsieb biss li l-Iran ikun integrat mill-gdid fix-xena internazzjonali, b’kuntatti diretti mal-Istati Uniti, qed ihasseb lill-alleati Sunni tal-Amerikani  fir-regjun, bhal Gharabja Saudita, l-Egittu, il-pajjizi tal-Golf u l-Gordan.   Anke ghax l-Iran qed jintervjeni diga fil-politika nterna ta’ numru ta’ pajjizi fosthom is-Sirja, l-Libanu u l-Bahrain.  L-Israel, aktar minn kulhadd huwa vuci fil-miftuh kontra dan il-ftehim li Netanyahu sejjahlu ‘zball storiku’.
 
Il-bazi ta’ dawn l-argumenti kontra l-ftehim huwa wiehed – l-Iran se jerga’ jkun b’sahhtu wisq ?  Se jerga’ jsir, bhal ma kien qabel gie izolat, il-protagonist fir-regjun, bir-riperkussjonijiet li dan jista’ jgib mieghu ghal pajjizi l-ohra li semmejna.  L-amministrazzjoni ta’ Obama minn naha l-ohra temmen li dan il-ftuh lejn l-istat Iranjan ghandu jwassal ghall-bdil fit-tmexxija Iranjana, ghal evoluzzjoni shiha fl-Iran.  Obama jemmen li jaghmel sens li jiehu dan ic-cans, li r-regjun jista’ jkun aktar stabbli b’Iran li jirrispetta l-ligijiet internazzjonali.  

No comments: