
Din il-bijografija mhux biss ġġibek wiċċ imb’wiċċ
mal-valuri u ma’ dak li hu sewwa, imma ġġibek ukoll wiċċ imb’wiċċ ma’ dak li hu
ħażin fil-politika – l-abbuż tal-poter, l-istituzzjonijiet bħala strumenti ta’
politika partiġġjana li flok jipproteġu liċ-ċittadin ikunu kompliċi
mal-gvern. Il-pulizija abbużat mill-poter tagħha dakinhar.
F’dawn it-tmien xhur, u preċiżament ftit siegħat
wara li rebaħ l-elezzjoni, il-Gvern Laburista neħħa lill-Kummissarju
tal-Pulizija, reġa daħħal fil-korp wieħed minn tal-qalba u għamlu
kummissarju. F’dawn it-tmien xhur mill-Ministeru tal-Intern u
mill-Pulizija smajna u rajna stejjer li jqabbduk il-bard.
Fl-eta’ ta’ 89 sena, Sandy hu
biedem li tieħu ġost tiltaqa’ miegħu – politiku ta’ veru, ta’ prinċipji, ta’
fibra morali qawwija. Hemm valuri li għalih m’għandhomx eta’:
il-lealta’, l-għaqda u l-onesta’. Aħna li qegħdin fil-politika hemm bżonn
li nżommu quddiem għajnejna dawn il-valuri l-ħin kollu, li joħorġu s-serjeta’
tagħna, li nkunu ta’ eżempju, għaliex sewwa sew kif jghid Sandy f’din
il-bijografija miktuba minn Sergio Grech li tikber kemm tikber, ikollok kemm ikollok
eta’, hemm valuri li ż-żmien ma jxejjaħhom qatt.
No comments:
Post a Comment