Mela dan l-ahhar poggejt fuq il-pagna tieghi fuq
Facebook, ic-cifra tal-qghad li hareg l-NSO ghax-xahar ta’ Settembru ta’ din
i-sena kif imqabbel ma’ Settembru tas-sena l-ohra. Cifra li turi zieda ta’ 851 persuna bla xoghol
fuq is-sena l-ohra. U ktibt hekk : “Mhux sinjali sbieh dawn !”. Wiehed iltaqa mieghi u qalli: Kont se nwiegbek fuq dak li ktibt illum fuq
Facebook. Ghaliex qed tghid hekk ? Dan
kollu frott tal-politika taghkom. Dan
il-gvern ma biddel xejn mill-politika ekonomika li kont mexjin biha
intkom.
Ghidtlu
nahseb li ghandek zball. Da zgur li dan
il-Gvern diga ta sinjali ta’ bidla.
L-ewwel. Din is-sena naqqas
l-ispiza b’€21 Miljun. Ma qalilniex
fhiex, imma hija ovvja fejn naqqashom.
Naqqashom mill-ispiza fuq progetti kapitali. Ovvjament anqas infiq fil-progetti kapitali,
anqas haddiema jahdmu.
It-tieni
l-incertezza li qed johloq dan il-Gvern stess.
Ezempju politika fuq privatizazzjoni.
Wieghed li mhux se jiprivatizza l-Enemalta u fil-fatt se jbiegh parti
lic-Ciniza. Tahseb li l-haddiema
tal-Enemalta mhux inkwetati fuq il-futur taghhom u allura joqghodu lura milli
jonfqu ? U bhalhom mhux l-istess il-haddiema tal-Airmalta ? Ezempju iehor
tal-incertezza mizrugha mill-Gvern ghalxejn: gej il-budget u qafel
is-sigarretti u l-alkahol. Kulhadd
jghidlek li mhux jirrilaxxaw sigaretti u xorb mill-bonded stores. Kulhadd bezghan minn fejn se jigbor il-50
Miljun Euro f’taxxi ndiretti dan il-Gvern.
Dak ukoll ikollu effett fuq il-konsum.
It-tielet: Il-Gvern irid ikun pro-attiv specjalment fuq
industriji kbar u mhux sempliciment reattiv.
Meta ahna kellna industriji bi problemi tajnihom ghajnuna mfassla ghal
kull wahda minnhom. Morna ahna. Konna pro-attivi. Meta dan l-ahhar kien hemm il-kaz ta’ mijiet
ta’ haddiema tal-ST b’sieghat imnaqqsa, Joe Muscat qalilna li wara li ra
rapport fil-media cemplilhom. Hi x’opra
dik ! U sadanittant il-haddiema ghadhom
qed jahdmu b’sieghat imnaqqsa ! Dawn
industriji li jrid jiggarantilhom mhux biss il-prezent imma l-futur taghhom.
Ir-raba: Zied
in-nefqa rikorrenti bl-akbar Kabinett fl-istorja ta’ Malta. Se jkun nefaq €130 Miljun aktar fuq perjodu
ta’ 5 snin aktar mill-Gvern ta’ qablu sempliciment f’pagi ta’ Ministri u
l-staff taghhom. Issa ghandna Ministri
part-time. U bil-haqq mal-€130 Miljun
mhux nghodd il-perks tal-familji tal-Ministri bhal mara tal-Ministru Konrad
Mizzi. U mhux ovvja li dawn il-€130
Miljun spiza rikorrenti se jnaqqashom minn progetti kapitali. Qabel l-elezzjoni qalilna li se jnaqqas
l-ispiza rikorrenti biex ikollu nefqa kapitali akbar u issa qed inaqqas
l-ispiza fuq progetti fejn jahdmu n-nies u jzied in-nefqa rikorrenti. Ghidtlu “Xi trid prova aghar minn din li dan
il-Gvern bil-mod il-mod qed ibiddel id-direzzjoni ekonomika ?!”
Il-Ministru Scicluna
pprova jghidilna li l-istatistika tal-Eurostat ma turix li l-qghad qed jizdied.
Li ma qalx il-Profs Scicluna (haga li hu jafha zgur) hu li l-istatistika
tal-Eurostat hi bbazata fuq il-Labour Force Survey li juri li hawn 12,800
ifittxu x-xoghol, kwazi elf aktar mill-11,900 li kien hemm sena ilu !
Li ma qalx ukoll Scicluna
hu li l-istatistika tal-Eurostat hija bbazata fuq sample u mhux fuq headcount
tan-nies bla xoghol. Sample bilfors
ikollu margin of error, filwaqt li headcount ma jkollux. L-aktar li hu
nkwetanti hu l-fatt li qghad zdied fis-sajf meta normalment ikun lanqas
minhabba li t-turizmu jassorbi aktar haddiema.
U l-qghad qed jizdied f’pajjizna meta l-ekonomiji tal-Ewropa u l-Amerika
qed jitjiebu !
No comments:
Post a Comment