Ftit tal-granet ilu l-Gvern ta’ Muscat ippreżenta budget li mal-ewwel daqqa t’għajn jidher
pożittiv. Qalilna li se jrahhas
il-kontijiet tad-dawl b’25% u l-Ministru Konrad Mizzi sahansitra qalilna li
eluf ta’ familji se jifrankaw anke 35%.
Jien hdimt ftit somom fuq persuna wahda li tghix wahedha, fuq familja
ta’ 2 minn nies ecc skond l-annual average consumption ta’ pajjizna. U f’kull kaz meta tara l-kont kemm kien jigik
u kemm se jibda jkun f’sena, ssib li t-tnaqqis se jkun ta’ 20%. Dan anke meta tghodd l-EcoReduction fis-somma.
Meta tiehu l-konsum ta’ persuna li tghix wahedha skond
l-average annual consumption se tispicca tifranka €80 f’sena, preciz daqs kemm
taqla f’siegha l-mara tal-Ministru Konrad Mizzi mill-kuntratt ta’ konsulenza li
hadet mill-Gvern tar-ragel taghha u qed idaħħal €13,000 fix-xahar ! Familja ta’ tnejn minn nies se tifranka madwar
€101 f’sena. Jekk persuna mit-tnejn tpejjep imqar pakkett sigaretti kuljum, dan
il-Gvern se jkun hadlu aktar f’taxxa biz-zidiet tas-sisa. Ziedu t-taxxa fuq sigaretti b’30c fuq kull
pakkett. Mela dik il-persuna se tkun tat
aktar lill-Gvern f’taxxi €109 f’sena, €8 aktar mit-tnaqqis fil-kont tad-dawl !
Imbaghad qalu li l-familji se jifrankaw bejniethom €25
Miljun. Ma qalulhomx imma li ziedulhom
€72 Miljun f’taxxi godda f’sena. Meta wieħed jifli d-dettall tal-budget nifhmu li l-Prim Ministru minn id
qed jagħtik miżuri pożittivi bħat-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u
minn oħra qed jeħodlok aktar flus f’taxxi. U dan meta qabel l-elezzjoni tghidx
kemm wieghed li mhux se jżid il-piż tat-taxxi.
Fid-diskorsi taghna qed nuru bil-fatti li l-budget li pprezentawlna hu budget ta’
illużjoni u mhux budgat ta’ vizjoni kif konna nistennew li jkun fl-ewwel budget
ta’ Gvern li tela’ b’maggoranza kbira ghax qal li ghandu roadmap cara. Fil-budget rajna car li ma hemmx roadmap imma
bdew biss il-process ghal ghexieren ta’ white papers u anke green papers ghax
m’hemmx ideat. L-uniku idea gdida hija biss li tbiegh ic-cittadinanza bl-irhis
lil nies li jibqghu mistura.
Id-deċiżjoni tal-Gvern li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u
l-ilma hija pożittiva fis-sens li se tkun ta’ appoġġ lill-familji. Fl-istess
waqt, id-deċiżjoni tal-Gvern li jżid it-taxxa fuq il-fuel wara biss gimghat li
gie fil-Parlament jghid li rahhsu ghall-familji u l-industrija. Imbaghad jigi ftit granet wara jghidilna li
se jghollih ghal fejn kien ghax se jdied it-taxxa fuqu ! Allura minn mar tajjeb ? Zgur mhux
il-konsumatur ghax se jibqa jhallas il-prezz li kien ihallas. Mar tajjeb il-Gvern ghax se jkun gabar aktar
taxxa inkluz minn fuq l-Enemalta, dik il-Korporazzjoni li jghidilna li hi
falluta.
Huwa ċar li minkejja l-attakki kollha li għamel, il-Prim
Ministru Muscat sab is-sodda mifruxa fil-qasam tal-enerġija: l-estensjoni tal-power station poġġiet lill-Enemalta
f’sitwazzjoni li se jsir it-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Qed
jifrankaw €1 Miljun kull gimgha ghax l-impjant tal-BWSC hija ferm aktar
efficjenti. Sa Marzu se jkunu ffrankaw
€64 Miljun. Imma sadanittant qed jghidu li lill-familji se jifrankawlhom biss
€25. Il-budget jonqos ukoll milli jinċentiva l-użu tal-enerġija
alternattiva u effiċjenti. L-iskema tal-pannelli fotovoltajiċi għall-industrija
ngħalqet u ma jidhirx li se terġa tinfetaħ. X’se jsir mill-fondi tal-Unjoni Ewropea li
kienu allokati għal din l-iskema ?
No comments:
Post a Comment