Dec 25, 2013

Insara mhedda


Waqt li llum niccelebraw Jum il-Milied bhala nsara fl-ikbar liberta’ tal-espressjoni, jkun tajjeb li nahsbu f’dawk l-insara li huma ppersegwitati f’diversi pajjizi, specjalment fil-Lvant Nofsani, l-Pakistan u numru ta’ pajjizi tal-Afrika.  F’certi pajjizi anke biex tmur sal-knisja tkun qed tirriskja hajtek. Minn kull 10 attentati ta’ vjolenza religjuza li jsehhu madwar id-dinja, 8 minnhom isiru fuq insara.

X’ironija. Il-hsieb nisrani twieled fil-Lvant Nofsani, izda hu proprju hemm li l-aktar jisfghu taht il-mira dawk li jipruvaw jiprattikaw il-hsieb nisrani. L-insara fl-Iraq, fl-Egittu u bhalissa anke fis-Sirja qed ikunu esposti ghal diversi atti ta’ vjolenza religjuza, li zdiedet b’mod qawwi fl-instabbilita’ politika li dawn il-pajjzi ghaddejjin minnha. L-insara fl-Egittu u fis-Sirja jaghmlu 10% tal-popolazzjoni ta’ pajjizhom.

Din l-intolleranza religjuza ta’ whud mill-Musulmani lejn l-insara hija frott ta’ ftit musulmani fanatici li qed jaghmlu minn kollox biex ikissru d-djalogu li beda jinbena fl-ahhar 20 sena bejn iz-zewg religjonijiet.  Djalogu li pprova jiehu post l-injoranza u l-pregudizzji bejn dawn iz-zewg religjonijiet.   Sfortunatament il-persekuzzjoni tal-insara bhalissa qed tispikka fuq id-djalogu.  L-emozzjoni qed tiprova tfarrak ir-razzjonalita’.

Il-kuragg ta’ dawn l-insara li minkejja t-theddid jibqghu jiprattikaw il-fidi taghhom ghandu jkun ta’ ispirazzjoni ghalina l-insara fid-dinja tal-punent li hafna drabi sirna wisq komdi nahsbu li nistghu naghmlu kollox minghajr ma nzommu lill-Mulej fic-centru tal-hajja taghna.

No comments: