
Skond Weber ukoll matul din
is-sena se nkunu rajna zieda ta’ 20% ta’ installazzjoni ta’ pannelli
fotovoltaici fuq is-sena l-ohra.
Fil-fatt hu mistenni li jkun hemm solar plants godda li jiproducu mal-37
gigawatts (GW) ta’ energija nadifa. Qed naraw l-akbar tkabbir gewwa c-Cina,
fejn ghall-ewwel darba s-suq
ghall-pannelli voltaici qabez sahansitra dak tal-Germanja. Ic-Cina din is-sena
se tkun installat impjanti godda biex tiproduci 9 GigaWatts ohra filwaqt li
l-Germanja se zzid b’3.5 GigaWatt.
Meta tara dawn l-avvanzi
fis-settur tal-energija mix-xemx aktar thawdek id-decizzjoni tal-Gvern prezenti
li ma jallokax €5.5 miljun lill-industrija lokali sabiex sidien ta’ fabriki
jinstallaw panelli fotovaltajiċi fl-istabbilimenti taghhom. Dawn
il-€5.5 Miljun huma parti minn fondi ewropej li ahna konna gibna biex imorru
ghall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaici f’pajjizna. Verament decizzjoni stramba aktar u aktar
meta tiftakar li f’Awwissu ta’ din is-sena habta w sabta waqqaf l-istess skema
li kien nhieda hu stess ftit granet qabel u ta x’jifhem li din se terga tohrog
fi zmien qasir.
L-ahbar tad-decizzjoni giet midfuna f’bicca stqarrija li
harget ftit granet ilu mis-Segretarju Parlamentari Dr.Ian Borg, liema stqarrija
ma tat l-ebda spjega ghal din id-decizzjoni.
Stramba wkoll kif il-Ministru Konrad Mizzi sa llum ma lissen l-ebda
kelma fuq din id-decizzjoni.
B’din id-decizzjoni l-industrija mhux se tkompli mixja
fit-triq li kienet qabdet fl-ahhar snin fejn investit bil-qawwa
fl-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaici biex tiggenera energija nadifa u
tnaqqas l-ispiza taghha. Tajjeb wiehed
ifakkar li l-Gvern immexxi mill-PN kien offra għadd ta' inċentivi biex
l-industrija privata u s-settur turistiku jinvestu f'sistemi effiċjenti u nodfa
ta' enerġija. Fil-fatt aktar minn 140
kumpanija ħadu aktar minn €8.5 miljun biex jinvestu f'teknoloġija nadifa u
b'hekk saru aktar kompetittivi.
1 comment:
You might be qualified for a new government solar program.
Find out if you're qualified now!
Post a Comment