Dec 27, 2013

Nistennew risposti


Tiftakar meta Joseph Muscat kien qalilna “Xommuh il-kafe’” meta kien tkellem fuq l-emigrazzjoni f’Ottubru li ghadda ghax skont hu “it-tisbit tas-saqajn jaħdem” ?  Hekk kien qalilna 3 xhur ilu ! Kien qalilna li hu ma kienx dispost jitlaq mis-summit tal-mexxejja Ewropej jekk ma jiġix bir-riżultati, jiġifieri li l-pajjiżi Ewropej jintrabtu li jieħdu tabilfors immigranti minn Malta. Imma wara li ma ġab xejn f'Ottubru, qal li jistenna r-riżultati fis-summit ta' Diċembru.   U gie Dicembru u baqa b’xejn !  Imma l-Prim Ministru Muscat mis-summit gie lura idu f’idu ! 
 
Mhux talli ma gab xejn talli is-suggett tal-imigrazzjoni bilkemm tqanqal ! Skond il-media internazzjonali (li mhux il-PBS jew ahjar Super Two) fis-Summit gew diskussi l-aktar l-għaqda bankarja u l-koperazzjoni fid-difiża.  Jidher li lanqas il-“habib personali” tal-Prim Ministru Martin Schulz ma ghogbu jitkellem fuq l-immigrazzjoni. Ir-riżultati ta' Muscat fl-immigrazzjoni ?  Mhux biss xejn; agħar minn xejn. Mhux avanzana, lanqas imqar żammna fejn konna, imma saħansitra tefana lura. 
 
L-uniku haga li smajna f’Dicembru fuq l-emigrazzjoni kien ir-rapport tal-wahx li deher fir-rivista Taljana L'Espresso fuq il-mewt ta' 55 mill-270 Sirjan mgħarrqin qrib Lampedusa fil-11 t'Ottubru. Traġedja ta' dieqa kbira għal min jemmen fil-valur tal-ħajja.  Izda din storja xokkanti ghax skond L’Espresso il-gvern Malti dam erba' siegħat sħaħ biex talab l-għajnuna tat-Taljani biex jghinu jhalli jkunu salvati dawn is-Sirjani .  
 
Skond L’Espresso l-awtoritajiet Maltin kienu jafu li d-dgħajsa qed tegħreq mis-siegħa ta' wara nofsinhar għax wieħed mir-refuġjati ċempel hawnhekk. Il-Maltin, jgħid L'Espresso setgħu mill-ewwel talbu l-għajnuna tat-Taljani għax id-dgħajsa kienet 140 mil bogħod minn Malta, imma 70 mil biss minn Lampedusa.  Skond ir-rivista Taljana  il-marina militare Taljana kellha l-bastiment jismu Libra 20 mil biss bogħod mid-dgħajsa.  Fil-5.00 id-dgħajsa għerqet, jgħid L'Espresso, u kien biss fil-5.07 li l-awtoritajiet Maltin talbu l-għajnuna ta' dawk Taljani !  Tal-misthija !  Tal-misthija akbar is-skiet tal-Forzi Armati Maltin u l-Gvern Malti meta ma wiegeb xejn ghall-mistoqsijiet li rcieva fuq din l-istorja.  
 
Possibli li l-Prim Ministru Muscat jew il-Ministru Manwel Mallia ma kienux jafu li d-dgħajsa qed tegħreq ? Min se jwieġeb għall-mewt ta’ 55 persuna ?  Il-mistoqsijiet se nkomplu naghmluhom u se nesigu li ninghataw risposti.  

No comments: