Nelson Mandela kien wiehed mill-aktar personalitajiet maghrufa, u
certament wiehed mill-aktar mexxejja “meqjuma” tas-seklu 20. L-istorja ta’
hajtu, bit-tlajja u l-inzul taghha, hija leggendarja mhux biss fl-Afrika
t’Isfel imma fir-regjun tal-Afrika u lil hinn.
Hajjet Mandela qabel ma ntefa l-habs saret leggenda. L-attivita
tieghu bhala mexxej tal-guerilleri; l-arrest kif ukoll id-diskorsi tieghu waqt
il-gurijiet tal-1963 u l-1964 xeghlu lid-dinja.
Il-media internazzjonali kienet il-hin kollu titkellem fuqu u fuq
l-insistenza tieghu li glieda armata kienet mehtiega biex tirbah kontra sistema
ingusta bhal dik tal-Apartheid. Id-diskorsi tieghu kienu qishom saru l-vangelu
politiku ta’ kull mexxej fir-regjun li kien qed jiggieled l-oppressjoni
razzjali. Mandela u l-ANC ma kkreajawx il-moviment regjonali ta’ liberazzjoni
imma kienu l-ispirazzjoni ta’ kull glieda. Kull mexxej ma kienx biss jistudja
d-diskorsi tieghu ghall-kontenut taghhom imma kien jistudja wkoll il-qawwa ta’
kif kien jitkellem.
Wara 27 sena l-habs inheles u l-messagg qawwi tieghu ta’
rikonciljazzjoni spicca messagg ferm aktar qawwi mill-messagg tieghu tal-glieda
armata tas-snin 60. Mhux biss il-messagg tieghu spicca jsahhar, imma l-azzjoni
u l-attitudni tieghu. Irnexxielu mhux biss
jdahhal lill-Afrika t’Isfel fil-komunita’ internazzjonali wara snin twal ta’
isolazzjoni, imma rnexxielu jibni lill-Afrika t’Isfel bhala leader ewlieni
fir-regjun. Ghalkemm kien hemm rispett
kbir lejh mill-mexxejja l-ohra tal-pajjizi Afrikani, Mandela kien jehtieglu
jirbah il-fiducja taghhom, anke jekk mhux dejjem kien lest jaqbel mal-politika
taghhom, specjalment ma’ dawk li kien ghadhom jemmnu fl-uzu tal-forza.
Umilment inhossni kburi li fis-snin 80 konna organizzajna permezz
tal-MZPN kampanja ghall-helsien tieghu mill-habs, inkluz serata bit-tema “Two
Men, One Fight”, fejn fiha tkellimna dwar Martin Luther King u Nelson
Mandela. Ghal dik is-serata konna anke
gibna l-gurnalist Roger Omond li kien kiteb il-ktieb famuz “The Apartheid
Handbook”. Kelli x-xorti kbira niltaqa
darba ma’ Mandela gewwa Johannesburg waqt l-Earth Summit fl-2002. Iltqajna fil-lobby tal-lukanda li konna fiha
u kien impressjonani s-sens straordinarju ta’ dinjita’ li bih tkellem maghna. Tassew li n-nies il-kbar huma l-aktar nies
umli.
It-telfa tieghu mhijiex telfa biss ghall-Afrika t’Isfel, hija
telfa ghad-dinja. Jalla l-ezempju tieghu jibqa jirrenja fuq l-mexxejja tad-dinja,
fosthom fil-kontinent Afrikan li sfortunatament mhux dejjem kienu jew ghadhom
l-aqwa ezempji ta’ tmexxija demokratika serja li tirrispetta d-diversita’ u l-gid
komuni tal-popli taghhom.
No comments:
Post a Comment