Dec 13, 2013

Il-glieda kontra d-dementia


Din il-gimgha il-WHO (World Health Organization) u r-Renju Unit, li prezentament ghandu l-Presidenza tal-G8, ghamlu appell ghall-impenn dinji aktar qawwi kontra l-marda tad-dementia. Appellaw ghal aktar investiment fir-ricerka ghal fejqan minn din il-marda, imma fuq kollox ghal aktar ko-ordinazzjoni fir-ricerka halli ma jkunx hemm duplikazzjoni u hela ta’ rizorsi.  II-Prim Ministru Ingliz David Cameron f’laqgha f’Londra din il-gimgha qal hekk "No one here is in any doubt about the scale of the dementia crisis. A new case every four seconds, a global cost of $600 billion (440 billion euros) and that is to say nothing of the human cost."

Hu stmat li madwat 44 miljun persuna ibatu mimm xi forma ta’ dementia, l-aktar bl- Alzheimer's. Ovvjament bil-populazzjoni dejjem aktar tixjieh, specjalment fid-dinja tal-punent, aktar miljuni ta’ persuna se jkunu qed isofru minn din il-marda.  Filwaqt li sa llum ghandna 5 persuni fl-eta’ tax-xoghol ghal kull persuna fuq il-65 sena, sal-2050 se jkollna biss zewg persuni fl-eta’ tax-xoghol ghal kull persuna fuq il-65 sena ! L-Alzheimer's Disease International Federation wissiet li 135 miljun persuna se jkunu qed ibatu mid-dementia sas-sena 2050.

Il-fondi dedikati ghar-ricerka fuq din il-marda ghadhom ftit wisq. Hafna jsostnu li hemm bzonn impenn qawwi daqs dak li d-dinja ghamlet fl-2005 u s-snin ta’ wara fuq il-marda tal-AIDS.  Kien ghalhekk ukoll li gie maqbul li terga ssir laqgha simili ghal dik ta’ Londra fl-Istati Uniti fl-2015 halli jkun jista jigi evalwat il-progress.

F’pajjizna sa llum ghandna madwar 5000 persuna jbatu mid-dementia u hu kkalkulat li jkollna 14,000 sa 30 sena ohra !  Ghalhekk wiehed ma jistax jifhem kif il-Gvern ta’ Joseph Muscat fil-budget ghall-2014 naqqas il-vot dedikat ghall-glieda kontra d-dementia b’50% ! U dan meta fil-programm elettorali taghhom qalu li l-glieda kontra d-dementia se jaghmluha priorita’ !  

X’differenza mill-impenn tal-Gvern Nazzjonalista f’dan il-qasam.  Sar Activity Centre f’San Vincenz u memory clinic fl-Isptar Karen Grech. Flimkien mal-Malta Dimetia Society kien twaqqaf dimetia help line. Mhux biss hejjejna strategija nazzjonali fuq din il-marda u gibna esperti barranin biex jghallmu lil professjonisti taghna imma tajna l-pilloli b’xejn lill-pazjenti li jbatu minn din il-marda. Ghall-ewwel darba investejna u fuq kollox bnejna swali dementia-friendly. Tabilhaqq x’differenza.

No comments: